tag:blogger.com,1999:blog-5202491.post114846171952189017..comments2023-08-13T10:44:53.168+02:00Comments on j'accuse: Of Fascist MythsJacques René Zammithttp://www.blogger.com/profile/04881306009904413979noreply@blogger.comBlogger2125tag:blogger.com,1999:blog-5202491.post-1148491236073992622006-05-24T19:20:00.000+02:002006-05-24T19:20:00.000+02:00Meta l-GWU kienet qed tbeżża' 'l-ħaddiema Maltin b...Meta l-GWU kienet qed tbeżża' 'l-ħaddiema Maltin bil-babaw ta' l-influss ta' ħaddiema Sqallin li kellhom jinvadu Malta hekk kif nidħlu fl-EU, ħadd ma kien qed jgħajjat bir-rażżizmu, imma preċiżament l-istess ħaġa kienet. Jew mhux eżatt l-istess, għax talanqas issa hemm imqar nofs verita' fl-għajta li qed jieħdu xi xogħlijiet.

Jekk kienx hemm bżonnhom jew le sinċerament ma nafx, imma sa sentejn ilu Maltin biex jiġbru ż-żibel, per eżempju, kien hawn biżżejjed u sakemm ma rtirawx kollha f'daqqa, onestament ma nafx fejn sparixxew biex inħoloq dal-bżonn għall-ħaddiema immigranti.

Fuq l-abbuż, ikolli ngħid li l-gvern għandu nteress ineħħi l-abbuż ta' dawk li jirreġistraw taparsi mhux impjegati daqs kemm suppost għandu nteress biex ineħħi l-esplojatazzjoni t'immigranti mħaddma minn ċertu kuntrattur li, kif mid-dehra taf nofs Malta, fl-aħħar tal-ġimgħa kif jaslu għall-paga, jingħad li jċempel lill-pulizija ħa jagħmlu rejd u jqalftuhom 'l hemm peress li hu m'għandhomx permess...

U x'ingħidu għal dawk l-Indjani li hemm jaħdmu fuq il-Mater Dei, li sa ftit xhur ilu kienu qed jgħidu 'l-ġurnali x'paga miżera għandhom?

M'ilux, xi ħadd 'simpatizzant' qalli li Alla bagħthom dawn l-immigranti għax li kieku kellna "nimpurtaw il-ħaddiema aħna", kienet tiġi tiswina tliet darbiet iżjed.

Ejja ninsew il-benefiċċji soċjali li qed jingħatawlhom bħala refuġjati/humanitarian status u nassumu li verament m'aħna nieħdu xejn minnhom ħlief gwadann għax qed neħilsu b'irħas la qed inħallsuhom iktar baxx min-normal... dik mhux esplojtazzjoni tiġi allura, ngħid jien?

Ma nafx mindu 'l hawn xi ħadd jemmen bl-għama fid-Drittijiet tal-Bniedem sar jikkuntenta u jagħlaq żewġ għajnejn għall-iskjavitu' basta ma jkunx hemm "razziżmu".Kennethhttps://www.blogger.com/profile/15440492016035030104noreply@blogger.comtag:blogger.com,1999:blog-5202491.post-1148477548873609962006-05-24T15:32:00.000+02:002006-05-24T15:32:00.000+02:00If you go on a fishing trip and only manage to cat...If you go on a fishing trip and only manage to catch 4 lampuki, you cannot by any means say that during that period those were the only 4 lampuki to be found in the whole vastness of the Maltese territorial waters.Kennethhttps://www.blogger.com/profile/15440492016035030104noreply@blogger.com