vendredi, août 26, 2005

Wisq Sabiha

Lil Duminku ma kontx nafu. Jekk kellimtu hames darbiet hafna. Erba' drabi minnhom x'iktarx kont qed nordna xi pizza jew platt hut l-Arzella. Ghalija Duminku ma kienx it-Tramps. Duminku kien Duminku ta' l-Arzella. Kien wiehed mill-persunaggi li jimlew is-sjuf ta' Marsalforn... bhal Censu tal-Baxan, Pawlu tal-Lingi, Joey tal-Kartell u hafna ohrajn.

Lil Duminku niftakru bhal sid ir-restorant li kien jinstab fl-ahhar tal-mixja taghna iz-zaghzagh mill-Kartell sal-Menqa li konna nimxu filwaqt li niddiskutu il-calciomercato, in-nisa u l-ghawm. Niftakru jaqbad il-kitarra f'idu waqt il-Friday Fish Nights meta il-Menqa ta' Marsalforn kienet tkun mimlija kummerc u pjacir - is-shana tas-sajf u l-ilwien tad-dwal madwar l-erba ristoranti li iktar milli jikkonkorru ghal klienti kienu jaqsmuhom bl-indaqs ghax in-nuqqas t spazju ma kienx jippermetti mod iehor. Ghax nghiduha kif inhi, bejn l-Oddissey u il-Mermaid u l-Arzella ma kienx hemm bahar jaqsam. Menu kwazi l-istess... veduta tal-menqa l-istess u servizz identiku.

Hlief meta Duminku kien jaqbad il-kitarra. F'dawn il-waqtiet il-klijenti tal-Arzella forsi kienu jisimghu lill-leggenda izolana tkanta ftit iktar fil-vicin. U forsi meta kien jerhilha ikanta dwar ix-xemx wisq sabiha kienu jaraw dik it-tbissima ferriegha u l-ghajnejn ileqqu bil-gost tal-muzika.

Illum iz-zghazagh m'ghadhomx jimxu l-istess bicca mill-Kartell sal-Menqa bhal ma konna naghmlu ahna. L-Arzella ukoll mexa 'l fuq. Duminku issa halliena...

Il-memorji hemm ghadhom u bhax-Xemx Wisq Sabiha jergghu l'ura sikwit sabiex igeddulna t-tifkiriet ta' l-imghoddi.

Grazzi Dominic, u l-ghomor lil familtu u kull min kien jafu sewwa.

* J'Accuse returns with this Maltese post following the passing away of the Gozitan singer Dominic Grech. Normal English service will be resumed tomorrow.

5 commentaires:

  1. U tikteb sabih bil-Malti, ras! Insih l-Inglix servis: jekk tikteb dak li tikteb is-soltu bil-mod kif taf tesprimih meta nitkellmu, noghxew ilkoll.

    I love you. I love you. I love you.

    RépondreSupprimer
  2. Merhba lura Jacques! Narak Bruges. Tinsiex il-bandiera.

    RépondreSupprimer
  3. naqbel ma' Mark (hlief "I love you" insomma - imma kif nafu Mark bin-nieqes dan l-ahhar :p [http://xifer.blogspot.com/2005/08/lin-nisa-li-tassew-abbejt-bapoloija.html])

    RépondreSupprimer
  4. hlief "I love you" insomma - imma kif nafu...

    Il-lallu x'qed nidhak, Kurt!!! Ha haa!!!

    Gakbu, kif forsi stajt tobsor, nissekonda l-mozzjoni (u l-emozzjoni) ta' Mark. Pierre ghadu kemm qabad it-triq bilingwi u haqqu flixkun scccccccciampagne (b'hekk torqod zgur siehbi!), u tghidx kemm niehu gost jekk taghmel l-istess haga.

    Sahhiet

    RépondreSupprimer
  5. Prosit Gakk, tislima xierqa lil min ghamilna kburin!

    RépondreSupprimer

Remarque : Seul un membre de ce blog est autorisé à enregistrer un commentaire.