THE ORIGINAL J'ACCUSE PAGE

SEARCH THE ARCHIVES

samedi, septembre 24, 2005

Sibtijiet Flimkien (ir-raba' ep.)


Daniel Xuereb


Bongu Malta Awtunnali. Naqra tardiva din il-missiva ghax ghazilt li nghaddi gurnata nitghazzen jew ahjar kif jghidu il-francizi filwaqt li jisselfu frazi mit-taljan ghaddejt gurnata �dolcefarniente�. Komplejt nipprova neduka ruhi fil-kultura komika franciza u nifhem daqxejn x�jgharraxhom f�dak li ahna insejhulu kummiedja. Rajt fost l-ohrajn dvd ta� Caunes u Garcia, zewg komici tajbin u deffist ukoll nofs siegha �Friends� iddubbjat bil-Frankiz. Insomma l-gurnata ghaddiet minghajr eventi kbar u issa kif mhux ha nisma il-qniepen idoqqu s-sitta (ghax naqa� imbieghed) ftakart fl-appuntament settimanali taghna.

Illum fuq il-programm ghandna mistieden barrani... Daniel Xuereb. Tghiduli forsi illi huwa xi Malti. Pero le. Dawk illi jiftakru t-tazza tad-Dinja tal-1986 li nzammet gewwa l-Messiku forsi jiftakru ukoll il bleus ta� Platini illi kienu reduci minn rebha fit-tazza Ewropea u kienu mistennija jirrepetu rwiehhom god-dinja l-gdida. Fost dan l�Equipe kien hemm ukoll il-mistieden taghna Daniel illi kien frott ta� hafna kurzita meta deher fuq l-iskrin tat-TV b�dak l-isem Malti tieghu. Takkumpanja lil Xuereb gewwa l-istudjo ghandna lill Eileen Montesin, ikona ohra taz-zmien tax-Xandir lejberista maghrufa ukoll bhala il-kamaleonte minhabba il-kapacita impekkabbli taghha li tibdel kulur ghal kull bzonn.

Waqt id-dolcefarniente tal-llum ftakart fiz-zmien tal-primarja meta waqt il-break l-oghla awtorita� dwar ir-regoli tal-ballun u l-ghazla tat-timijiet ma kenux oggettivi. Le, dawn kienu il-gurisdizzjoni ta� min kellu l-ballun. Il-provveditur tal-balla gild kien jiddeciedi min seta jilghab u meta kien hemm penalty. Ghalhekk niftakar b�mod wisq car lil Adrian Caruana Anastasi liebes it-top isfar tar-Red Devil fil-court tal-basketball tal-Kullegg Stella Maris jaghmel l-ghazla kuljum u jigbor il-ballun u jserrep �l hemm meta taqbizlu jew meta it-tim tieghu ikun qed jitlef bi score kbir wisq. Zmien iehor. Xhin niftakar f�dawn il-breaks hsiebi dejjem imur ghal Cain Pavia, habib tieghi ta� dak iz-zmien illi halliena kmieni wisq kawza ta� vizzji oxxeni li qatt ma kellhom jinbdew.

Kien ukoll bejn DVD u iehor illum illi tajt daqqa t�ghajn lis-CNN dwar dak li qed jigri fit-Texas u dak li gara fil-Louisiana. L-gharghar huma forza inkredibbli pero nahseb tahfruli jekk nghid li ma tantx staghgibt. Niftkar darba wara Parent�s Day San Alwigi konn sejrin l-ura d-dar u inqbadna f�maltempata tal-beati pawli. Kif qrobna it-tunnels ta� Regional Road ta�qabel Swieqi indunajna li t-tela� kienet mizghuda karozzi wieqfa u li l-ilma niezel minnha kinn qed jaghmel impressjoni tajba tan-Niagra Falls. Kien ghalhekk li missieri immanuvra il-karozza lejn il-Wied u lejn il-Knisja ta� San Giljan fejn kellna nabbandunaw il-vettura u nimxu t-telgha minn Spinola sa� Paceville. Ma ketnix xena, kienet oxxena. id-diskoteka abuziva Tigullio kienet faret u splodiet u l-istatwa ta� San Giljan kienet imdawra karozzi jizfnu fuq wicc ghadira ilma. Domna xi tlett kwarti biex imxejna mixja li s-soltu iddum hames minuti. Niftakarna innixxfu l-kalzetti u saqajna quddiem heater tal-pitrolju bil-borma bl-ilma bil-lumi fuqu. Evviva l-progress.

Ninterrompu il-programm biex inhabbru lill-qarrejja illi l-ajruplan Eyptair gie assedjat minn truppi elit u inhelsu xi passiggieri. Se jkolli inhallikom ghar-rokna tas-souvenirs ghax kif forsi indunajtu il-hedla tal-gurnata ma tantx ispirat. Ghal darb�ohra.

Souvenirs


Personalita tal-Gimgha: Daniel Xuereb jew Ksereb kif jghiduha huma. Laghab fit-tim olimpiku franciz gewwa dawk l-Olimpijadi tar-reklami f�Los Angeles. Intaghzel ghall-Les Bleus illi kienu kawza ta� hafna biki tieghi f�dak il-lejl fl-1986 meta permezz ta� penalty shoot out qalghu lill-Brazil ta� Socrates u Falcao izda ukoll ta� Jozimar u Bismarck.Dik il-loghba rajtha fil-Calypso Hotel go Marsalforn u niftakarni nohrog l-ahhar minn sala mizghuda nies biex nipprova nahbi d-dizappunt.

Programm tal-Gimgha: Fantastico It-tivu mill-istivale kien lahaq status ta� mit ga mill-bidu. Il-programm varieta� tal-Hadd filghaxija kien hag�ohra. Mis-sorelle Kesler sa Luis Moreno il-ventrilokwist, sal-Baudo l-ubikwituz, sa� Ciccio u Franco... kollha ghenuna insiru iktar konversant fil-banalita� mondana u ippreparawna ghac-cucati ta� dan iz-zmenijiet.

Prodott tal-Gimgha: Calciatori Panini: U liema tifel tat-tmeninijiet m�ghandux kollezzjoni wahda? Ghandi, ghandi, ghandi, m�ghandix. Kemm ittini ghal-Maradona? Imnalla ma kontx naf nitkellem hazin meta kont zghir ghax malajr kont nghidlu x�intih. Mhux sticker bhall-ohrajn jew? Jew jiswa iktar ghax jibla� d-droga...

Muzika tal-Gimgha: Shuddupayaface: Tiftakruha? Whats a matter you? Whadda ya think you say? Troppo ottanta.

Accessorji tal-Gimgha: Lampi tal-petrol, xema�, u lilo fil-karozza. Ghax id-dawl imur kull tant, u meta taghmel ix-xita� dejjem kun ippreparat.

Tim tal-Gimgha: Hsibtuni ha nghid Franza ta� Platini? Ma tarax. Ha nkun sadistiku u nfakkarkhom fl-Amburgu tat-�83. Dawk illi b�cikka kienu rebhu lill-beneamata sinjora fil-final tac-Champions. Qabel ma xi hadd jibda jidhaq infakkar li dan kien ftit qabel ma Liverpool rebhu c-Champions gewwa l-Olimpico u u kien iz-zmien meta l-Milan kienu jithabtu fis-serje B bil-goals ta� Joe Jordan jew Luther Blisset.

Hallejtkom ha mmur nara il-beneamata. Adi.

1 commentaire:

noel tanti a dit…

hehe... nidhaq... imma mhux bil-vecchia signora ghal-lum...

imma ghax niftakar it-trepidazzjoni li kienet taqbadna meta l-bniet fostna kienu jithajru minnha u jixtru xi pakkett tal-calciatori... dawn kellhom it-talent dubjuz biex jixtru pakkett wiehed biss u fih isibu l-istickers li kulhadd kien qed ifittex u qatt ma jsib... tipo aldo serena, l-arma tal-juventus, bergomi, ecc...

sena minnhom kien irnexxili nghaqqad l-album kwazi kollu (minchia, kien ikun fih xi 600!) u wiehed mill-ftit li kien fadalli kien certu paolo rosi tal-fiorentina... inzerta li sabitu tifla infami u ta' brava li hi bdiet tifrah ghax sabet lil paolo roSSi... ghalxejn ippruvajt nikkonvinciha li dawn kienu players differenti... xorta wahda riedet ghaxar players tan-napoli ghalih...

u jien bqajt minghajr paolo rosi...