
Lil Duminku niftakru bhal sid ir-restorant li kien jinstab fl-ahhar tal-mixja taghna iz-zaghzagh mill-Kartell sal-Menqa li konna nimxu filwaqt li niddiskutu il-calciomercato, in-nisa u l-ghawm. Niftakru jaqbad il-kitarra f'idu waqt il-Friday Fish Nights meta il-Menqa ta' Marsalforn kienet tkun mimlija kummerc u pjacir - is-shana tas-sajf u l-ilwien tad-dwal madwar l-erba ristoranti li iktar milli jikkonkorru ghal klienti kienu jaqsmuhom bl-indaqs ghax in-nuqqas t spazju ma kienx jippermetti mod iehor. Ghax nghiduha kif inhi, bejn l-Oddissey u il-Mermaid u l-Arzella ma kienx hemm bahar jaqsam. Menu kwazi l-istess... veduta tal-menqa l-istess u servizz identiku.
Hlief meta Duminku kien jaqbad il-kitarra. F'dawn il-waqtiet il-klijenti tal-Arzella forsi kienu jisimghu lill-leggenda izolana tkanta ftit iktar fil-vicin. U forsi meta kien jerhilha ikanta dwar ix-xemx wisq sabiha kienu jaraw dik it-tbissima ferriegha u l-ghajnejn ileqqu bil-gost tal-muzika.
Illum iz-zghazagh m'ghadhomx jimxu l-istess bicca mill-Kartell sal-Menqa bhal ma konna naghmlu ahna. L-Arzella ukoll mexa 'l fuq. Duminku issa halliena...
Il-memorji hemm ghadhom u bhax-Xemx Wisq Sabiha jergghu l'ura sikwit sabiex igeddulna t-tifkiriet ta' l-imghoddi.
Grazzi Dominic, u l-ghomor lil familtu u kull min kien jafu sewwa.
* J'Accuse returns with this Maltese post following the passing away of the Gozitan singer Dominic Grech. Normal English service will be resumed tomorrow.
5 commentaires:
U tikteb sabih bil-Malti, ras! Insih l-Inglix servis: jekk tikteb dak li tikteb is-soltu bil-mod kif taf tesprimih meta nitkellmu, noghxew ilkoll.
I love you. I love you. I love you.
Merhba lura Jacques! Narak Bruges. Tinsiex il-bandiera.
naqbel ma' Mark (hlief "I love you" insomma - imma kif nafu Mark bin-nieqes dan l-ahhar :p [http://xifer.blogspot.com/2005/08/lin-nisa-li-tassew-abbejt-bapoloija.html])
hlief "I love you" insomma - imma kif nafu...
Il-lallu x'qed nidhak, Kurt!!! Ha haa!!!
Gakbu, kif forsi stajt tobsor, nissekonda l-mozzjoni (u l-emozzjoni) ta' Mark. Pierre ghadu kemm qabad it-triq bilingwi u haqqu flixkun scccccccciampagne (b'hekk torqod zgur siehbi!), u tghidx kemm niehu gost jekk taghmel l-istess haga.
Sahhiet
Prosit Gakk, tislima xierqa lil min ghamilna kburin!
Enregistrer un commentaire