THE ORIGINAL J'ACCUSE PAGE

SEARCH THE ARCHIVES

samedi, septembre 17, 2005

Sibtijiet Flimkien (it-tielet ep.)


Lura minn mawra sac-centru kummercjali gewwa Foetz fil-limiti tal-belt Lussemburgiza flimkien ma siehbi Owen, insellmilkom ghal din l-edizzjoni ta' Sibtijiet flimkien. Waqt li konna niddawru bejn tinda fejn kollox kien jinbiegh ghal Ewro u c-centru Cora fejn issib kollox biex tittanta iz-zaqq u tbikki l-karus, innutajna kemm Lussemburgu ghadu pajjiz mitfugh fit-tmeninijiet. Din il-kostatazzjoni ma hix facilment spjegabbli... huwa kaz car ta'"You've got to be there" pero indikazzjoni cara taghha huma il-kapiljaturi stile A-Ha ta bosta zaghzagh f'dawn l-akkwati kif ukoll il-Bowling Alley li ghadddejna minnu u li ma seax ma jfakkarniex fil-Bowling Alley meta fetah (bl-iskating rink fuqu).

Insomma programm divertenti iehor u illum it-tema bdiet bix-xiri u allura inkomplu hemm. Hafna qabel il-Price Club u l-iSmart verzjoni Superstore konna nitpaxxew bil-grocer. Grocer malti of course bis-sinjifikati kollha tieghu. Forsi tiftakru iz-zmien meta, filwaqt li kontu iggrampati mad-dublett tal-mummy tinsistu ghal xi cikkulata, l-istess mummy kienet tispara lista ta' prodotti essenzjali lejn persuna li ma stajniex naraw in-naha l-ohra tal-counter u bil-mod il-mod il-qoffa tax-xiri (li ma kenitx kwistjoni ta' moda jew ta' funky environmentalism izda ta' nuqqas ta plastic bags) kienet tintela. Fil-kaz tieghi din il-persuna kienet Helen tal-Bonello store li kien jinsab Paceville ftit l-isfel mis-Sundown Pub faccata ta' fejn issa hemm Bloomers.

L-ura lejn id-dar konna nispakkjaw il-fliexken tal-halib tal-MMU (fejn jekk konna xortina tajba wiehed minnhom kellu tapp bl-ismontra roza u jkun fih milkshake tal-frawli lest). Probabbli kien ikun hemm hobza tal-malti vera, xi pakket krustini ghal mal Kafe' u pakketti tal-pasta le Rose. L-Anchor butter, il-bovril, il-jelly tal-Foster Clarks u imbaghad il-gabra ta' bottijiet jikkumplementaw l-ikla. Ma rridx naghti x'nifhem li konna ghaddejjin xi zmien fejn konna bil-guh izda l-ghazla kienet dik li kienet. Il-prodotti li sopravvivew il-bagitts tac-cinturin biex niftiehmu.

Iktar tard kbirna ftit u l-mummy kienet tibaghtni ghand il-London Store - xi erba bibien l-boghod mill-Misfits - fejn minhabba xoghol xi gharef fil-gvern non-vjolenti Laburista il-mahbub Mario Briffa - ghalliem eccellenti tal-Ingliz Alla jahfirlu - kien imexxi l-istore u jippuncja l-kont minn wara l-counter filwaqt li jitlob li xi rih benevoli jehlisna minn dan iz-zmien ikrah u jkun jista jerga jiddedika ruhu ghat-taghlim. Pero dejjem kellu tbissima Mario li anki f'dan iz-zmien kien jixbah lil Bettino Craxi. Dejjem xi kelma ta' inkoraggament. M'hemmx ghalfejn tmur Franza biex issib lil Monsieur Ibrahim!

Insomma semmejna prodotti u semmejna persunaggi. U sports? Il-Hamrun habib, il-Hamrun. L-iSpartans li illum jissieltu ma timijiet ohra medjokri bhall-Furjana u l-Belt sabiex ma jaqghux ghall-injominita' tat-tieni divizjoni. Dak iz-zmien kienu huma. L-ahwa Vella and Co li kienu saru qishom il-Juve tal-post.

Se jkolli inhallikom hesrem. Ergajt ghal Franza illejla. Ghandi festin ghan habiba tat-tfajla go Metz. Din ghada kif ghamlet operazzjoni biex tkabbar sidirha (il-habiba mhux it-tfajla). Ghadni qed nhewden ghandix nghidilha prosit jew le. Immagina "Bon Anniversaire... et complements pour tes seins... ils sont formidables!!" Naqa' funny hux... ara jahasra kieku ghadu maghna il-Kraxi zgur kien isibli kif nohrog minnha.

Ghal darb'ohra.

Souvenirs (in black and white bhat-televixin)

Prodott tal-Gimgha: Halib tal-MMU - onestament - kemm il-wiehed intrema' wara gurnata sajfija? Imma xi pjacir tilghab flying saucer bl-ismontra. Kien is-sehta ghal kull tifel li jkolli jimxi hafna bi tlett ifliexken meta imur jixtri. U ghada bla halib... ghax strakjaw... nahseb.

Persunagg tal-Gimgha: Mario Briffa. Ghalliem u Grocer u Filosfu. ghalijja jissimbolizza il-hela ta zmien vjolenti. Ghalxejn nichdu li ma kenux u nghidu li l-marmalja ta Lowell huma aghar. Ghax bhal dak li qallek il-hela ta bniedem bhal dak jaghti il-bqija tal-hobz u bacon tad-Dewfresh mhix vjolenza inimmaginabbli. U jekk jersaq lejn xi skola isir blu di pelle minbarra blu di colore.

Hanut tal-Gimgha: London Store & Bonello Store: It-tnejn go Paceville. Bonello sar hanut tal-Urban Jungle dan l-ahhar. London ghadu speci ta' store izda m'ghandux x'jaqsam mal-ispirtu tat-tmeninijiet. Illum minn dawn il-hwienet Anni Ottanta go pacevilel baqa l-Queens go Ball Street hdejn il-Briganta u l-Ghall-Kafe. Gewwa it-triq li tul it-tmeninijiet kien xieraq tissejjah Little Tripoli.

Team tal-Gimgha: Hamrun Spartans. Ma tantx kont nifhem fil-futbol lokali. Ma kelli xmin jehodni il-ground u missieri kien jehodna biss naraw lit-Tarxien Rainbows ghax Frankie l-Ghawdxi kien jilghab maghhom. Il-ftit li niftakr kien il-Hamrun ikaxkru.

Sahhiet.

2 commentaires:

Fausto Majistral a dit…

Dak l-1983 kien meta l-Hamrun ghamlu hafna fuss ghax ghalqu 75 sena?

Anonyme a dit…

Point of clarification: when the bowling alley in Malta opened there was no ice rink above! That was years later. However I never went there so am not really all that arsed about it. Tant biex tgharraf ruhek.

Jekk siehbek Owen huwa Owen James Degabriele sellili ghalih!

Congratulations for your description of Mario Briffa who I will always remember as an exceptional gentleman, teacher and friend. Jekk Alla ma jahfirlux not much hope for the rest of us!

Alla prossima!