Bongu Malta. Nilqakom ghal dan it-tieni programm fis-sensiela Sibtijiet Flimkien. Dan il-programm illum huwa gentilment migjub lilkom minn Rancheros - snack helu ghal kull okkazjoni bit-toghma tal-bacon. Maghna fil-programm llum ghandna lil Fader Hilary Tagliaferro illi illum jahdem bla waqfien fil-Kappella Millenarja izda li ghal hafna zmien kien lehen il-ballun fuq l-istazzjonijiet televizivi taghna.
Niskuzaw ruhna ghall-inkonvenjent li l-programm qed jixxandar il-Hadd u mhux is-Sibt izda bhal ma tafu il-baqra milli jkollha taghtik (izda kollha kemm hi tinbiegh ....u bi prezz tajjeb). Iktar tard suppost illi ikollna kollegament mal-belt Amerikana ta' New Orleans sabiex insegwu dak illi qed jigri lil familja emigrati Maltin illi salvaw mill-gharqa - s'issa jidher li ghad m'ghandniex linja tat-telefon izda nassiguraw lit-telespettaturi li qed naghmlu li nistghu sabiex nirrettifikaw is-sitwazzjoni. Graziella qed tghidli li probabblli ukoll li iktar tard ikollna l-Ministru tad-Dawl, Ilma u Gas (u telefonija) sabiex jipprezentalna l-essej li kitbet bintu ghall-Milied.
Nirringrazzjaw ukoll lill-qarrejja tal-kummenti helwin illi baghtulna. Infakkrukom li ir-rokna souvenirs ma hix ta' darba biss u se tkun hemm kull gimgha bi prodott divertenti u tifkiriet ohra.
Ir-Rancheros kienu wiehed mill-ftit prodotti de luxe illi kellna access ghalihom fi zmienijiet ohra. Bhall-loacker, l-iskittles u l-opal fruits kienu it-"top end" tal-ghazla illi minn naha l-ohra kienet toffri cikkultat tad-Desserta, il-varjeta' sbalordanti tar-Rimus u l-Catch. Prodott tad-ditta ubikwituza KP illi ghal tant snin ipprovdiet l-unika forma ta' karawett rikk ghall-patruni tal-pubbijiet Maltin bejn Hopleaf u Blue Label. Ghal min ma jafx, il-prodotti KP huma maghmulin gewwa Staines fir-Renju Unit - il-villagg adottat ta' Ali G.
Niftakar sew lill-ommi tohrogni niehu Kinnie u pakkett Rancheros Marsalforn. Konna immorru go bar li kien jinstab bejn fejn issa hemm il-Kartell u l-Otters. Kien ezatt qabel il-passagg zghir (Slippery When Wet) li jaghti ghall-banju tal-Isqof li kien ikun mimli fkieren ghall-qatla wara nofsinhar. Go dan il-bar li ma kellux isem fuq l-imwejjed u sigijjiet taz-zingu kont nixrob il-Kinnie bilmod (ghax sa wiehed kont tixtri) minn go flixkun bil-label multicolour. Imbaghad kont niekol ir-Rancheros illi ma kellhom gost daqs prodotti ohra li kienu jikkompetu bejniethom billi iqieghdu gol pakkett xi gugarell inutli bhal per ezempju Speedy Gonzalez tal-plastic (Dangerous if Swallowed). Forsi wara kont nixtri gelat tal-Wembley (iktar dwar dawn fi programm iehor).
Tmiem il-gimgha fi zmien il-ghaks pero kien ikun sabih. Ma kellniex Bay Streets fejn immorru jew xi Eden Century fejn nisolhu l-but ghas-silg bil-pepsi. Ma konniex ninghalqu naraw cucatta wara l-ohra forsi inkunu ahna li nirbhu xi vjagg sentimentali sabiex niltaqghu ma xi qraba imbieghda tal-passat. Le. Is-sibtijiet kienu ikunu granet ta' xiri mizurat u kkalkula li minkejja nuqqas ta' l-ghazla kien ikun fihom ukoll is-sabih taghhom. Fejn qatt tisma illum b'min imur il-pitkalija jixtri il-patata u t-tadam bir-ratal sabiex jiffranka? U l-Hdud? Hallik minn Bongu Malta. Xemx u xita. Quddies. Ikla ta' nofsinhar. Dritt fil-karozza u tlaqna ghal ta' Qali jew Pembroke u nsegwu sport jew iehor. Fis-saghtejn u nofs skiet perfett fil-karozza. Il-pa ikun qaliblu fuq Tutto il Calcio u l-ma l-ewwel taghti xeba lill-Crossword tat-Tajms imbaghad erhila taqra xi sitt ktieb gol-karozza. U ahna? Ahna konna inkun ilna li intfajna fit-tajn jew trab jew haxix fqir ta' Ta Qali u erhilna nimitaw lil Platini, Antognoni u Pablito. Zmien fejn loghba futbol iddum ta' l-inqas tlett sieghat. Sa' x'hin il-pa ikun ikkalkula b'destrezza matematika u fizika xierqa ta' premju nobel il-hin necessarju sabiex naslu d-dar ninhaslu u noqoghdu bilqieghda naraw novantesimo.
Ghall-llum daqshekk paroli... inhallikom mas-Souvenirs... tantx tiddamdmu ... u bilhaqq tiskrux bil-fanta...
SOUVENIRS
Personalita' tal-Gimgha: Fr Hilary Tagliaferro. Habrieki u gentili. Investa hafna fil-Youth Soccer. Milli nista nifhem dan insejhulu sunk costs. Nirringrazzjah talli introducieni ghas-Subbuteo u ghall-Mini Golf.
Team tal-Gimgha: Sharks Waterpolo Club. Tim issa defunt li fil-bidu tas-snin tmenin kien ir-rivali principali tal-Otters fid-dinja sportiva Ghawdxija. Moghni bi plejers kbar bhal Ganni l-Ghoxx kien ikun id-delizzju tas-sezzjoni ghawdxija li tghum fuq il-blokki (qabel il-promenade - grazzi ministru - jew kif jghid is-Sur Melh - thankyouverymuch). Ix-Sharks kienu jilghabu loghba wahda kontra l-Otters fis-sajf u kien iukun il-Classique de Marsalforn. Fil-passat Marsalforn kellu timijiet ohra tal-ballun tal-bahar - il-Hippies, id-Dolphins u s-Sea Urchins. Ismijiet iktar interessanti minn dawk Maltin zgur. Jinghad li kien jilghab ukoll Pawlu Carbonaro l-artist. Forsi s-Sur Meilak jithajjar jaghmel ftit ricerka fost is-sorsi tieghu?
Prodott tal-Gimgha: Rancheros. Qishom Bacos imma ahjar ghax iktar fini. U ma kienx ikun fihom il-mishut Rusk li nitfghu f'kollox (vide Mrs Beefy's Burgers).
Programm tal-Gimgha: Big League Soccer. B'introduzzjoni ta' Fr Hilary u bil-vuci ferrieha ta' Brian Moore konna insegwu dak li gara gimgha qabel go Londra Newcastle u West Bromwich. Qatt ma kont fan kbir u qatt ma lahqu mal-gost immedjat ta' novantesimo u l-album tal-panini. Insomma, ha tqabbel lit-taljani ma' l-inglizi? Ara tibda.
Gazzetta tal-Gimgha: The Democrat. Fi zmien meta n-nazzjonalisti kienu nies kellhom anki gazzetta tajba bl-ingliz. Imbaghad qatghu qalbhom u hadu t-Times. Tiftakru l-ewwel pagna tad-Democrat? Ritratt full page? Tal-ostra mann.
Hanut tal-Gimgha: Magic Kiosk. Magic ma tantx izda prodott veraci lejberista. Kif tittrasforma Kiosk zghir go restorant daqs pjazza. Kemm kienet sabiha dik il-pjazzetta qabel ma saret oxxenita ta' lenemilju. Kont inzura spiss meta missieri kien ghadu akkolit tad-ditta Saccone & Speed (imkeccija minn Malta taht il-pogrom ta' Mintoff). Hands up min mar tal-inqas darba fuq il-helicopter ride li kien hemm biswit il-Kiosk. U xi nghidu ghas-Seven Up Float tal-genn li kellhom?
Se jkolli nieqaf hawn ghax sar il-hin tal-lunch. Infakkarkom li kull memorja u tifkira ghandha tintbat lilna direttament billi tikklikkjaw fuq replique. Ir-ritratt t'hawn fuq huwa ta'Brian Moore. Prezentatur ta' Big League Soccer Alla jaghtih il-mistrieh.

2 commentaires:
I loved this post. It just proves my point that you're wasted if you're not using your sarcasm/wit to good effect (instead of using it to pick on me)! I can see my Saturdays really picking up.
Lil Father Hilary jien u x-xih konna niggustawh wisq (ghalkemm kien igieghlna nidghu wkoll) meta kien ihabbar li l-loghba tal-Furjana ghada se tibda ghal xit-tlieta nieqes kwart, it-tlieta.
Kemm tlifna kwartiet u gowls habba fih.
Enregistrer un commentaire