THE ORIGINAL J'ACCUSE PAGE

SEARCH THE ARCHIVES

samedi, septembre 03, 2005

Sibtijiet Flimkien (L-1 Episodju)

Merhba. Peress illi il-bloggata tieghi bil-Malti jidher li intoghgbot u peress illi d-delizzju (jew namra tieghi) ghal ilsien pajjizi qatt ma iddghajjef, qtajtha li nibda naghmel tal-inqas bloggata wahda fil-gimgha bil-vernakulari. It-titolu ta' din ir-rubrika ser ikun l-istess wiehed ta' dak il-programm li fin-nuqqas ta' ghazla konna naraw fuq l-MTV nar ta' Sibt fil-kumpanija tal-wicc imbaccac u ferrriehi bin-nuccali forma Grundig ta' Normal Hamilton.

Ilni nibbloggja sitt xhur u l-gost ma naqasx. Jidher li l-qarrejja baqghu kostanti wara li lhaqt apici ta xi 150 fil-gurnata. Ir-raguni li ghazilt l-Ingliz kien li xtaqt udjenza usa'. Dan il-ghan ftit li xejn intlahaq s'issa. Forsi ghax-is-suggett baqa' dak ta' Din l-Art Helwa li qajla jinteressa lil min ma ghandux x'jaqsam ma gziritna. Sadattant ilp-blogosfera qed tissawwar dejjem ahjar u niehu gost nara diskursati twal bhal ma kellu Erezija ma Guze u Gybexi f'reazzjoni ghal bloggata ta' Mark u kummenti tal-maledett (skond xi nies) Fausto r-rivoluzzjonarju konservattiv.

L'ura ghas-Sibtijiet Flimkien. Il-programm tal-llum gentilment sponsorjat minn Bols Liquers prodott impurtat minn Wands Limited ta' Qormi Road, Marsa (u hawn klowzupp fuq kuxxtejn Attard Previ li imbaghad jippanja bizzejjed biex ifakkrek fl-ghatsa ta' wicca - putoff kbir). F'din ir-rubrika (kelma ohra helwa mit-televixin tat-tmeninijiet) ser nikteb bhas-soltu dwar dak li jolqotni nhar ta' Sibt u inlesti ghall-weekend. F'Sibtijiet Flimkien ser issibu ukoll rokna (l-evoluzzjoni lingwstika ta' rubrika mal-wasla tat-Taghna t-Tfal fil-bankijiet ta' l-iskejjel) helwa ta' reminixxenzi minn tfulitna. Kull min twieled bejn il-1972 u l-1977 kapaci jissimpatizza.

Souvenirs

Personalita' tal-Gimgha - Normal Hamilton. Kapacita impressjonanti li jibdel Sibt mimli dwejjaq ghal Sibt mimli divertiment ghal familja kollha. Status symbol tar-ragel normali taht hakma Socjalista. Ma gara xejn. Kollox sabieh. Kollox bellezza. Basta tqum filghodu u ssib Sibtijiet Flimkien fuq it-tv. Ftit qabel l-ahbarijiet fejn isem il-Kap ta' l-Oppozizzjoni huwa interdett mit-tfal tal-interdizzjoni.

Fejn hi issa? - Grazziella Attard Previ. Ippartecipat fil-Miss World 1984. L-istess sena illi fiha Franza kaxkru l-Ewropej bi Platini, Rochetau, Tigana, Bossis, Genghini. Probabbli li Rochetau kien isbah minn Attard Previ. Biss biss kien jismu Dominique (isem trendy ghal zmienijiet bhal dawk - It's Dom Jim but not as we know it).

Prodott tal-Gimgha - Bols Liqueurs. Rokna helwa tal-Cocktail tal-Gimgha. Normal Hamilton kien jittrasforma ruhu f'somelier u jsegwi l-creme de la creme tal-wejters maltin huma u jlestu cocktail a bazi ta liqueur impost mill-isponsor. Della serie ... fi zmien is-socialists ikollok tahdem b'dak li jaghtuk. Missieri kien jahdem ma Wands dak iz-zmien u konna inkunu jien u hija li nifthu l-envelopps kollha tal-kompetizzjoni u nimlew l-urna. Tghidx kemm qlajt daqqiet ta' harta mill-pa meta ghamilt proposti frawdolenti sabiex nirbhu is-sudetta kompetizzjoni.

Riklam tal-Gimgha - Hi Spot. Kantaw mieghi. Ixtru gemmghu rigali ghal kullhadd! Rigal minn hemm rigal minn hawn rigal minn hemm rigal minn hawn.... il-Hi Spot hija xarba tajba ghal kullhadd! U x'ma tiftakarx fl-ewwel bottle dispensing machine li rajt f'hajti. Gewwa l-Hotel ta' Cenc. Kelli xi sitt snin. Hadni missieri fid-dawra tieghu bhala spaccatur ta' spiriti (Salesman ma Wands) u hemmhekk skoprejt il-maravilja tal-makni li taghtihom il-flus u jaghtuk il-bibita. Proprjament skoprejt li jibilghu il-flus u jibaghtuk tixxejjer bil-bozza SOLD OUT.

Hanut tal-Gimgha - Mr. Wimpy's. Taparsi morna McDonalds. Imma le.

Film tal-Gimgha - Towering Inferno (madwar 1975). L-ewwel darba li dhalt go cinema (xi erbgha jew hames snin wara li hareg. Haduni l-Astra (Victoria) iz--ziju u l-girlfriend. Suppost kellhom jitfghuni fuq seat u noqghod niccassa lejn l-iscrin filwaqt li probabbli jitbaghbsu fid-dlam. Ghazlu film hazin ghax hlief nar ma niftakarx u bkejt kemm flaht. Spiccaw kellhom johrogu l-barra. Ma hadux ghalihom ghax ghamluni pagg fit-tieg... dak li jgorr ic-crieket. Ftit wara isseparaw. Mhux tort tieghi. Promis.

Memorja Sportiva - Hamrun Spartans. It-tmenijiet kienu taghhom u ghalhekk nibdew bihom. Issa jissieltu ghar-relegejxin ma timijiet kbar ohra bhall Furjana u l-Belt. Filwaqt li l-Marsa l-Msida u l-Pieta jikkompetu ghad-dizzy heights ta' Away match kontra d-Dudelange.

Ghalissa daqshekk. Ibaghtulna suggerimenti ghal personalita, prodott, programm, film u sports tal-gimgha billi taghfsu fuq kummenti. Jekk ma ghogobkhomx ghiduli. Ha nbiddel.

Sahhiet.

13 commentaires:

MaltaGirl a dit…

Prosit tal-programm ;-)

L-uniku su??eriment li g?andi hu biex tu?a ittri Maltin g?ax e?few li jinqraw (u g?ax Malti miktub ming?ajrhom jtini f'g?ajni!).

Fausto Majistral a dit…

Jien g?andi ambizzjonijiet li nibqa' mfakkar. Imma mhux g?al korrezzjonijiet li nag?millek fil-lingwa ta' ?i?erun jew fuq il-kitbiet dwar il-klandestini (kif xbajt dejjem l-istess su??ett). B?ala membru tal-"?enerazzjoni So?jalista" (dawk imwielda bejn l-1971 u l-1977) irrid nibqa' mfakkar b?ala awtorita' fuq is-snin 80.

Mela nibdew:

1. Il-Moviment tal-?addiema kien mag?ruf g?all-im?abba tieg?u g?al-lingwa ta' Dun Karm. G?alhekk fis-snin 80 l-istazzjon Malti ma kienx jismu "MTV" imma "Xandir Malta".

2. Il-bloggata tieg?ek kienet konspikwa bl-assenza ta' element fundamentali fil-prgramm Sibtijiet Flimkien. Mhux qed ng?id g?al Josette Grech nie?la bil-helicopter (kos, stajt semmejtha) imma g?all-famuz "Premju Stilla" fejn stajt tirbah kaxxa gallettini tar-Rimus Riley g?al sena s?i?a.

3. Id-diska tal-Hi-Spot kif ipprovduta minnek hija inkompluta. Tmur xi ?a?a hekk:

Rigali, rigali, rigali g?al kul?add
Ixtru, ?emmg?u g?ax fl-a??ar tiffrankaw
Rigal minn hemm, rigal minn hawn
Il-familji kollha jkantaw ...
"Il-Hi-Spot hija xarba tajba g?al kul?add"

4. Fil-memorja sportiva imissu jkun hemm ukoll ir-Rabat Ajax ta' Carmel Busuttil. Kienu reb?u il-Premier xi tlett darbiet fis-snin 80. X'sar minnhom illum ma nafx; g?andhom mnejn g?adhom jilg?abu fis-sitt divi?joni.

Insomma, g?alissa dawk. Darb'o?ra inkomplu fuq programmi o?ra ?elebri b?al "Bon?u Malta" ta' Charles Xuereb.

Jacques René Zammit a dit…
Ce commentaire a été supprimé par un administrateur du blog.
Jacques René Zammit a dit…

va.
Mela MTV kien l-isem kif nirreferu ghaliha in generali. Fis-sens li ghadek tiltaqa' ma nies li jghidulek li raw t-tali programm fuq l-MTV u jkunu jirreferughal Xandir Malta.

Kif ga ghidt Sibtijiet Flimkien se jibda jidher kull gimgha u ghalhekk ikollna zmien bizzejjed biex nanalizzaw ir-Rabat Ajax (futbol), il-Luxol Murisan (basket), Aloysians RCR (volley) u is-Sharks (waterpolo). ma jfissirx li tali bloggata jew ohra ma hix kompluta ghax ma jissemmewx kollha f'gimgha.

Dwar Rimus Riley, darba irbaht hamper ta prodotti taghhom permezz tal-crossword tal-=Young Falcon (it-taghna tfal bl-ingliz) izda qatt ma hadtha.

Fausto Majistral a dit…

Sorry to burst your bubble imma in zgur li l-150 hit fil-gurnata ma tellajthomx biz-zjajjar kollha li ghamilt jien lill-blog tieghek?

;p

Jacques René Zammit a dit…

nittama li ghandek ftit iktar x'taghmel. pero is-suspett hemm qieghed!

Jacques René Zammit a dit…

Kibowi & Kinnie il-famuzissimu K&K. Cocktail inkredibbli illi permezz tieghu doqt l-ewwel qtar ta' alkohol!

Toni Sant a dit…

Dwar MTV u Xandir Malta: l-istazzjon televiziv Malti qatt ma kien jismu Xandir Malta. Xandir Malta kien l-isem tal-kumpanija parastatali (li kienet parti mit-TeleMalta) li mexxiet is-servizzi tar-radju u TV statali bejn l-1977 u l-1992.

L-istazzjon tat-TV kien jismu Television Malta - TVM. Kull referenza ghal MTV (l-istazzjon tal-Malta Television Service imwaqqaf mir-Rediffusion Group) spiccat wara l-1977.

Fil-bidu tas-snin 80, Charles Xuereb kien ippropona l-kelma teletara flok television, imma din qatt ma qabdet. L-istess gara b'miksah ghal fridge.

Jacques René Zammit a dit…

grantit.
pero' jibqa' il-fatt li generazzjoni ta' missieri jirreferu ghalih bhala MTV (anki illum).

Dan bhat-Telecell li ghamel certu zmien sinonimu ma' mobile.

Dwar teletara ... boqq... bir-rata li ghaddejjin ahjar isemmuh Montescene.

Fausto Majistral a dit…

Dwar MTV u Xandir Malta: l-istazzjon televiziv Malti qatt ma kien jismu Xandir Malta. Xandir Malta kien l-isem tal-kumpanija parastatali (li kienet parti mit-TeleMalta) li mexxiet is-servizzi tar-radju u TV statali bejn l-1977 u l-1992.

Imma fil-kantuniera ta' l-istampa mhux "Xandir Malta" kien ikun hemm miktub?

Fausto Majistral a dit…

Stajt sibt ritratt ta' Hamilton liebes xi haga ahjar. Qisu tal-gakketta l-blu.

Toni Sant a dit…

Iva Fausto, sew qed tghid li kien ikun hemm miktub Xandir Malta f'rokna minnhom, imma f'rokna ohra kien ikun hemm miktub TVM. Din kienet stramba hafna u dehret hekk ghal xi 5 snin biss pero. Jidhirli li kienet idea ta' Toni Pellegrini li ried jaghmel dan ghax l-istazzjonijiet Taljani u Sqallin kollha kellhom dan it-tip ta' ident.

Dan l-argument simili ghal dak tal-lum vis-a-vis TVM u PBS. L-istazzjon xorta ghadu jismu TVM. PBS huwa l-isem tal-kumpanija li tmexxih.

Jacques, mela ha naghtik bicca ohra dwar MTV kif qed tirreferi ghalih int: meta fl-1991 Malta rritornat fil-Eurovision Song Contest wara assenza ta' 16-il sena, jiena kont il-persuna nkarigata mill-koordinazzjoni bejn l-EBU (l-organizzaturi tal-Eurovision) u Xandir Malta. Kull referenza ghall-istazzjon televiziv Malti mill-EBU kienet dejjem MTV. Dan ghax kien ghadhom ghaddejjin bl-isem li kellhom fil-files taghhom minn zmien l-ahhar darba li Malta kienet hadet sehem fil-Eurovision fis-snin 70. Ma nafx dan ghadux il-kaz illum, imma dak iz-zmien TVM ghalihom kien l-istazzjon nazzjonali Ungeriz: TV Magyarorszag.

Anonyme a dit…

Insejtu issemmu il-Programm Bongu Malta. Hemm kienet ghamlet id-debut taghha Graziella Attard Previ. U kien hemm Mariella Scerri maghha. Graziella niftakarha is-sixth form u tghidx kemm kienet ixxejjer il-bandiera laburista fi zmien il-'verita tal-fatti'......