THE ORIGINAL J'ACCUSE PAGE

SEARCH THE ARCHIVES

samedi, novembre 19, 2005

Sibtijiet Flimkien (id-disa' ep.)


Ghadni diehel lura minn mawra sa' Franza. Ghax l-Unjoni Ewropea stramba. Go Lussemburgu issib Spizeriji mifuthin biss sa' nofsinhar. Imbaghad jekk trid shampoo kontra l-qamel ghal qtates trid tittanta xortik go Pet Shop. Ghax f'dawn il-pajjizi is-shampoo ghall-qtates li huwa kwazi medikament jinxtara minn spizerija. Mhux minn hanut tal-annimali. Imma il-Pet Shop fil-Lussemburgu jitkellem biss bil-pagan - ossija - Tedesk. U jien sa Katz nasal imma l-Katz hu li ma nafx x'inhi qamla bil-letzebeursch. Id-direttivi Ewropej dwar tikketti fuq prodotti baqghu ma jghoddux u l-kommessi gewwa l-hanut ghandhom frankofoja inkredibbli.

Allura morna Franza. Mhux ghax ghandhom Pet Shops ahjar imma ghax hemm l-ispizeriji jibqghu miftuhin sas-sitta. Qed tifhem? Allura morna malajr sa' Thionville via Hesperange zewg postijiet fuq il-fruntiera li qisom banlieu minghajr il-belt. Hemmhekk sibna spizerija miftuha (bis-sinjal jibbrilla "Veterinaire" fuq barra). Xtrajna shampoo jew kif jghidu Franza u l-Francizi "shampooing" li huwa pronuncjat "shampwa". Illejla tbati ftit Xitan.

Bhal ma ha nbati jien. Ghax ahna u gejjin lura fost cpar inkredibbli ftakart li illejla Roma - Juve. Se nergghu niltaqghu mal-iskwadretta ta tlett kampjonati f'seklu li hija centru ta' kull conspiracy theory fl-italja. Dejjem dardritni dil-loghba. Il-Juve qatt ma jiddominaw. Dejjem ibaxxu rashom ghall-istorbju hamallu Ruman. U meta jirbhu hemm malajr tintesa' ghax "i cafoni hanno la memoria corta". Telfa go Ruma m'ghadhiex taffettawni daqs telfa go Milan. Incidenti di percorso. Il-gost hu li l-percorso taghna s'issa wassal ghal 28 kampjonat. U meta nirbhu... xi hadd bhali idum ftit ma jinsa.

Persunaggi tal-gurnata. Platini u Boniek of course.
U Turone.
Minghajr Turone xi pjacir hemm!

***

REKLAMI - Makkjetti mill-Passat:

It-terminus tas-62 (San Giljan)
Dak f'tarf in-nizla quddiem it-tugullio.Li kien ifisser li jekk ma tilhaqx is-67 rara daqs poliiku onest ikollok terdgha it-telgha bil-mixi. Sajf jew xitwa.

L-Imgarr u l-Ghawdex
Zewg battelli tal-Gozo Channel. Bil-munqar li jitla. Zmien iehor meta l-IMgarr seta' jghabbi minn gemb u Awissi tistenna siegha sabeix jiftah il-madonna vapur ha mmexxu.

Ic-Cirasa Restorant (Qbajjar)
Mort dan l-ahhar. Ghamlu refurbish stile "plastic rustic" Ghawdxi. Addio il-bar hlejju f'nofs il-bahh. Minflok iservuk hut twajjeb pero bla karattru.

Id-Duke of Edinburgh Hotel (Victoria Gozo)
Storiku. Post iz-zghazagh fi zmien id-dance. Issa post tax-xjuh.

Paceville
Minghajr it-torri, minghajr ir-refurbishment, minghajr il-falsita'.

1 commentaire:

Fausto Majistral a dit…

Niftakar kampjonat 1983/84 jew 1984/85. Roma u Juve kienu ras imb'ras. Il-loghba ta' qabel ta' l-ahhar Roma taw xebgha 'l Juve ta' xi 3-0. L-ahhar loghba tar-Roma kienet ma' Lecce, li dak iz-zmien (bhal-lum) kienu ghadhom ma rebhu l-ebda scudetto. Roma marru minn fuq u l-Olimipico sploda; mat-tisfira ta' l-ahhar Lecce kienu rebhu 3-1 u Juve regghu spiccaw fil-quccata. Tiftakarha din Jacques?

Xi darba tista' taghmel roundup ta' kommentaturi sportivi Taljani li konna nisimghuhom fuq ir-radju tal-karrozza? Sandro Ciotti, Bruno Pizzul u ma ninsa qatt lil Paolo Frajese fuq it-TV, Alla jahfirlu ...