THE ORIGINAL J'ACCUSE PAGE

SEARCH THE ARCHIVES

vendredi, janvier 27, 2006

Non Sequitur #42


1921 – LIL ĦUTI MALTIN
Nhar l-Għoti tal-Kostituzzjoni

Qum mill-ħedla li ’l qalbek mewtitlek,
Ġens ta’ ħila, ta’ għaqal, ta’ ġieħ;
Poplu Malti, ix-xemx telgħet, sejħitlek;
Aqbad triqtek lejn xefaq sabiħ.

Ma tħosshiex ġewwa sidrek il-mewġa
Ta’ demm ġdid li f’saħħitha ssaffik?
Ma tħosshiex tilgħab f’wiċċek il-fewġa
Tal-ħelsien li ħajja oħra tagħtik?

Dan hu l-jum u din is-siegħa;
Issir l-għaqda, isir il-patt;
’Kk ma taqbdux fil-ħarba tiegħu,
Dan iż-żmien ma jerġa’ qatt.

Kisser l-għodda ta’ l-għira ġellieda,
Iftaħ qalbek għall-kelma tas-sliem;
Għalenija, m’hemmx ifrem mir-rieda,
Iżda mqassma, tintilef fil-kliem.

Għandek mera fil-ljuni qalbiena
Illi tqabdu mal-Mislem magħdub;
Kienu ftit, u kien għadu bla ħniena,
Iżda rebħu bil-għaqda tal-qlub.

Dan hu l-jum u din is-siegħa...

Ohrajn:
Kenneth
Antoine
Zemploid
Lanzarote

Note: This post does not constitute an endorsement of the initiative of the Akkademja tal-Malti to put Dun Karm on the Euro. Evviva l-Mislem maghdub!

1 commentaire:

Kenneth a dit…

Imma ngħiduha kif inhi... fin-nuqqas ta' xi ħaġa suret in-nies, dejjem nippreferi xbihet Dun Karm milli ta' Kristu.