THE ORIGINAL J'ACCUSE PAGE

SEARCH THE ARCHIVES

lundi, janvier 09, 2006

Sibtijiet Flimkien (l-10 ep.)


Hsibijet Fis-Sena l-Gdida

Erba' Taht iz-Zero
Is-sewqa lejn l-gholja ta' Kirchberg dalghodu kienet wahda imsebbha bil-gmiel li taf toffri biss xitwa nordika (jekk tista' issejjah id-dukat pajjiz nordiku). It-temperatura kienet timmarka erba' gradi taht iz-zero izda ma kienx hemm ghalfejn titwila lejn it-termometru biex tinduna li barra kien il-bard. L-ispettaklu viziv li toffri ghodwa xitwija, anki gewwa belt, huwa indeskrivibbli. Sabiha wisq il-loghba tac-cpar bajdani li jostor kull xena sa l-ahhar mument imbaghad fl-ahhar minuta jurik dehra ohra ta' silg fiddien li jiddekora kull ma huwa wieqaf... mill-frieghi tas-sigar li donnhom ghazlu s-silg biex jghattu l-ghera taghhom sal-pilastri tad-dwal tat-traffiku illi jitilfu d-dehra dixxiplinuza taghhom u ghal dan iz-zmien jidhru iktar qishom dwal ta' sigra tal-milied.

Fuq il-windscreen iffurmaw ruhhom capep ta' silg illi fihom stajt tara l-meravilji geometrici tan-natura bid-dizinni imtennija ghal darba tnejn u mija sakemm jiffurmaw forom mill-isbah illi lanqas l-aqwa kalejdoskopju uman ma jista' jlahhaq maghhom. U l-aqwa parti tibqa' meta tasal fuq il-pont li jghaqqad l-belt mal-parti tal-istituzzjonijiet. Dak li-istess pont tas-suwicidi illi jekk tarah minn taht, minn gewwa l-Grund jidher il-boghod, il-boghod. GHax is-soltu mill-bidu tal-pont tilmah il-bini kollu istituzzjonali li jsejjahlek ghax-xoghol bhall dik il-mishuta qampiena ta' bejn il-lezzjonijiet f'San Alwigi. Izda illum bahh. Tant kien hemm cpar li kien qisu bhal donnu nizlu l-aljeni u ghosfru l-bini kollu f'hakka t'ghajn. U tersaq bil-mod fuq il-pont b'dak il-limitu ta sewqan tal-hamsin kilometru u bil-mod l-mod jibdew jidhru... is-sigar, is-silg u fl-ahhar it-torrijiet. U l-holma xitwija li kien ser ikollok forced leave (u mhux "leaf" jekk joghgobkom) sakemm jergghu jinstabu l-officini toghsfor b'hasda bhal dik li kellek meta ftaht il-bieb u hadt l-ewwel nifs ta' arja kiesha.

Colin Cauchi, Mario Meli et al
Nhar il-Hadd li ghadda qattajtha go Metz. Kont diga tlift ir-rebha sublimi tal-Juventus go Palermo. U tlift il-loghob kollu ta' wara nofsinhar, izda pattejt ghax kilt dundjan divin imsajjar biz-zebbug ghand omm it-tfajla. Jiena u nsuq lura lejn Lussemburgu bil-ghan wahdani li nilhaq Serie A fuq il Canale 5 u nara l-goals kollha irnexxieli b'miraklu naqbad ir-Rai fil-karozza. U tkexkixt bil-gost. Ghax bhal dak il-hoss m'hemmx. Sabih wisq. Ifakkrek f'elf harga tal-familja. Ifakkrek f'kemm thobb lil missierek ghax fost l-ohrajn ghalmek thobb x'inhu importanti fil-hajja. Bhall futbol per ezempju. (Anki ghallimni ma nzommx ma timijiet bhal ma jzomm hu... bhall Inter jew Chelsea... ghax wiehed dam hamsin sena sakemm rebah league u l-iehor "on the way"). Izda fuq kollox ftakart f'hag'ohra li kienet harbitli ghall mument mill-memorji kurrenti (RAM) u dahlitli fil-qiegh nett tal-menti.

Ghax ftakart f'meta l-Pa kien iqajjimna fis-sitta nieqes hamsa. Konna nisimghu il-hoss tas-serduk fuq Radju Malta u sakemm ninhaslu u nibdew nilbsu l-unifromi ikunu inqraw il-"Grajjiet Ewlenin" u inkunu wasalna ghar-rokna sportiva ma Mario Meli, Colin Cauchi, Henry Calleja et al. U l-isbah jum kien ikun il-Hamis filghodu. L-ghada tat-Tazza tac-Champions. Kont nehda nisma lill-kummentaturi Maltin jissieltu mal-pronuncja tat-timijiet kontinentali. Ghax mit-taljani ftit kien hemm cans jithawdu - hlief forsi xi wiehed bhal missieri li jiffissa li mhux "Udinese" imma "UNdinese". Imma meta tismaghhom jithabtu mar-Real Madrid... marija marelli.... dlonk il-merengues isiru "ree-uhl mudd- rid" (pronuncja fonetika ingliza), it-tazza issir tac-chumppjins, il-ballun isir ballum u ma nghidilkhomx x'kien jigri fil-kaz tal- Bronbyrnes, Panathinaikos u Steaua Bucharest.

Kien zmien iehor meta kont niftakar kull score ma' l-ewwel darba li nisimghu. Kont inkun kapaci nghid l-ewwel hames pozizzjonijiet ta' kull klassifika importanti fl-Ewropa ( u fil-kaz tat-taljani anki kemm skurjaw goals u kemm qalghu). U dan minghajr l-internet. Kellna biss lil Mario Meli, Colin Cauchi et al. Xi kulltant sabih tikkuntenta bil-ftit ghax iktar gost. U jekk ghadkom ma qrajtuhx aqbdu Fever Pitch ta' Nick Hornby u tifhmuni.

Ewro Fever
Mhux fil-futbol imma fil-munita. Qabduha kollha dwar il-munita. Jien qrajt ir-rapport. Qrajt lit-Twanny ukoll. Ghadni opinjoni però ghal ragunijiet legali se jkollil inzommha ghalija. Però xtaqt nitfa t-tuppens tieghi (jew two cents jew zewg centezmi). Xtaqt nipproponi li bil-Malti insemmuwa "il-Marelli" .... Immaginaw il-konverzazzjoni....

M. Kemm il-marelli tiswa dik il-karozza?
T. Hafna marelli.

M. Islifni sitt marelli jekk joghgbok.
T. Mela hsibtni qed nahra il-marelli?

M. U l-Ministru tal-Finanzi?
T. Dak mohhu biss fil-marelli.

Il-Gimgha t-tajba.

3 commentaires:

Hsejjes a dit…

Please I beg you, down on my knees, grovelling and licking your shoes....please please resurrect Sfiga!! I need my fix!!

Mark Vella a dit…

Sfiga on the way, hsejjes, ghax gejja wahda tieghi...Mario Meli: il-pocca (bocca), Butraguena (butragueno) u Pumpidu (Pumpido. Izda l-sibah dak li kien jghid ir-rizultati Taljani u jehel kull darba li jasal ghas-Sanbenedettese

Hsejjes a dit…

L-isbah wahda kienet meta jghid MUnchester United, pronounced Munch.