THE ORIGINAL J'ACCUSE PAGE

SEARCH THE ARCHIVES

dimanche, novembre 13, 2005

Sibtijiet Flimkien (it-tmien ep.)

Ghaddejna weekend helu. Tmiem il-gimgha li beda' b'Jum it-Tifkira. Tifkira ghax ftakart li issa ghadda zmien iz-zoghzija. Ghallinqas f'sens kronologiku ghax go fija ghada tixhel il-fjamma ta' bluha dejjiema. Dik il-bluha li hija mistennija mit-trabi, gustifikata fiz-zghazagh u mistmerra mill-adulti. Dik il-bluha li thallini inhares lejn id-dinja b'dak l-ottimizmu ciniku tal-buffu. Tal-kummiedjant.

Tifkira ghax ftakarna fl-inutilta' tal-gwerra. Ftakarna f'kemm mietu nies sabiex nghixu hielsa u kemm tinxtara bil-qares id-demokrazija. U ghal xi uhud, ghal dawk li minghalihom issa ghandhom il-monopolju tad-demokrazija, kemm ghad baqa' x'jitghallmu.

Imma nergghu lura ghall-kummiedja. Ghax taffaxxinani wisq il-fatt li f'Malta ma nafux tassew nidhku bina infusna. Jonqosna il-kummiedjant veru bi stil ta' Benigni. IL-gullar li hu l-ikbar politiku fost il-politikanti. Forsi ghax jaf ihares lejn id-dinja bl-ghajnejn l-innocenza u bhal Chaplin jemmen li gurnata minghajr tbissim hija gurnata mohlija. Min idahhaq ghandna hafna.. Dawk li idahhquna ghax ahjar tidhaq milli tibki u min idahhakna bil-bluha fiergha. Dak l-islapstick Malti tal-pajjiz tal-Mickey Mouse. Hector Bruno u l-Istitut Kattolku. Mort xi zewg recti f'dar l-Union tal-Haddiema Lejberisti (GWU) - kont bqajt imbellah b'kemm nidhqu b'cucati u bassezzi. U il-komicita semplici ma kenitx biss parti mir-renju tal-haddiema. Ghax il-pentowmime tal-pepe (li anki jien kelli l-unur nippartecipa fih) ma hux wisq sublim u sottili.

Cheap humour. Bhall-price club. Bassa u tidhaq. Tghid hara u tidhaq. Nidhku bl-ovvju. Forsi ghax hajjitna saret farsa kontinwa u ghalhekk difficli tara fares ohrajn.

Fil-programm tal-llum ergajt stedint lill-Frank O'Neill. Ghalija kien ezempju tajjeb ta' komicita' kif suppost. L-ewwel lezzjonijijet politici hadthom mill-cassettes tieghu fis-86. One Man Zelig Malti. Ftakart fih ghax illum ommi (li issa saret Headmistress tal-Junior Skool ta' Stella Maris College irrakontatli dan l-anedottu....xempju car tac-cajt spirtu pront ta' Frank:

Ommi kienet qed taghmel l-Assembly. It-tfal kienu migbura filghodu u kienet qed tispjegalhom kif m'ghandhomx ifexxu f'xulxin waqt il-break. F'dak il-faux anglais ta' skejjel tal-knisja li tant thobb ommi qaltilhom:" Boys (dejjem boys, anki jien u hija). I do not want to see any more fighting during break. No more karate or Ju-Jitsu. Do you think Jesus ever did Karate or Ju-Jisu?"

Il-folla tfal wiegbet ghalenija "No" (dak kien jaghmel xi miraklu u jisparixxi xi drgha tat-tfal li jdejquh... mela jujitsu miss!).

Hekk kif it-tfal bdew jiffurmaw is-sriep li jwasslu sal-klassi Frank O'Neill (art teacher SMC) imur hdejn ommi li kienet ghada mank tfiert il-mikrofnu u jpespsila f'widnejha "Nahseb jaghmel ju-jitsu Kristu ta'".

Ommi iddur lejh u tistaqsih x'il-mnieghel qed ihawwad.... u jwiegeb xott xott...

"Fil-ju-jitsu universali."

Helwa wisq.

Jien ha mmur ghax kilt wisq illum. Ergajt iccelebrajt eghluq snieni fost il-hbieb. Wisq pjacir. Qlajt FIFA 2006 fost affarijiet ohra. allura sejjer nilghab Bayern Munich - Juve. Forsi did-darba nirbhulhom away ukoll.

Sahhiet.

*******

R E K L A M I:

RED DEVIL: t-shirts ta' l-isports li kellna fil-Kullegg Stella Maris fejn jien kont Blue u konna nirbhu il-lig kull sena.

SANGA, SOLDINI u 3A Antonini: Provvedituri ta zraben tal-futbol.

Sir Edward: Kju ghall-blazer tal-uniformi. xi pjacir. U missieri jghidli kemm ghandi xorti nilbes blazer hekk sabih. Imbaghad mort San Alwigi u tawwna blazer sky blu. Dak sabih pa!

Librerija Merlin: Ghall-bzonnijiet kollha skolastici. Sakemm tasal San Alwaigi. Imbaghad anki l-pitazzi jinxtraw in house. Ad Majorem Bursam Jesuiti

BLOG GDID: irricorru issa ghand sehbi Rafel Vassallu (chif cal hua l-ebda relattioni mas-siniura grammatica storta). l-andirizz hua Saved From the Skip . Mhux chull ma hua zibel hua hazin.

1 commentaire:

david a dit…

Aneddotu simili iehor Frank O'Neill:

Partecipazzjoni ta' Stelmar FC fil-Helsinki Cup. Wara li nqlajna mal-Brazil (5-0), morna nduru l-gzejjer fil-bajja tal-kapitali Finlandiza fuq vapur tipo Captain Morgan imma izghar. Kien hemm tfajla tipprova tlahhaq mal-passigieri kollha (kafe, te, koka kola, min irid ipoggi hawn, min qabdu d-deni).

Jien: Miskina dik trid tlahhaq ma kollox.
O'Neill: Dik Miss Finland mhux miskina.

Frank (The Sun) O'Neill...