THE ORIGINAL J'ACCUSE PAGE

SEARCH THE ARCHIVES

dimanche, décembre 25, 2005

Milied Flimkien


[Edizzjoni Specjali ta' Sibtijiet Flimkien]

Stramba illum. Is-soltu inqum nofsni ghajjien minn lejla barra u inlesti ghall-ikla maratona tal-Milied. Imma din is-sena kollox lest. Kilna lejliet. Bhall-Francizi... ghamilna ir-reveillon. U jekk nara qatra ohra champagne jew pate de fois gras xi haga genetika tirribella u nibda nghajjat u nwerzaq ghal gbejna u kisra ftira bil-kunserva. Imma hadna gost. Hafna. Li tiekol tiekol. U mal-Francizi l-ikel bnin ma jonqosx. Stramba tpartat id-dundjan mal-maigret de canard ... imma fl-ahhar mill-ahhar xorta ghasfur u xorta tajjeb. U s-sauce divin. U d-dizerta Buche (christmas log) zur minn hawn specjalita' alsazjana. U mita l-prodotti ikunu home made minn omm it-tfajla tantl-ahjar.

Pero' imbaghad il-Hadd filghodu, Jum il-Milied, flok l-ikla kilna breakfast sinjura. Charcuterie zur minn hawn, gobon riha ta' kalzetti imma toghma ta' manna mill-genna, u Champagne (encore) sakemm f'mohhok kull m'ghandek bziezaq u alkohol fin. Jonqos biss in-nannu (alla jahfirlu) li kien tant jiehu pjacir jisma' il-kuncet tal-Vatikan u l-benedizzjoni ad urbis et orbis fuq l-Uno. Kuncerti li xi kultant ikunu imzewqa b'dak is-surmast inkredibbli li tieghu tfajt ir-ritratt fil-post tal-llum... Maestro Zubin Mehta. X'hin tonqos generazzjoni shiha mill-familja (ghalija telqu in-nanniet kollha) tun taret parti minn hajtek. Parti sabiha li tghozz biss fil-memorji sbieh. Bhal fi zmien il-Milied.

Ghalhekk ukoll iservi il-Milied... ghal memorji sbieh u mumenti ta' wens u serenita'. U muzika klassika u ferh sublimi fejn ghal mument kullhadd isir tfal. U champagne....


.... isss kieku niehu kisra ohra toast (gluten-free) bil-fois gras?


Hallejtkom... ha nerhulha lejn il-Petit Suisse ha ngawdu ftit mill-atmosfera hadra li Lussemburgu taf toffri... u illejla nattakaw il-Haruf!

Tislijiet u Xewqat Sbieh.

1 commentaire:

Kenneth a dit…

Għandi rigal ħelu ħelu għalik, wasal fil-letterbox illum. Naħseb jogħġbok.

Imbagħad nibgħatulek e-mail...