THE ORIGINAL J'ACCUSE PAGE

SEARCH THE ARCHIVES

lundi, février 06, 2006

Meta Jaqa' c-Cpar (I - Libertà)


(ittra miftuha lil tal-Maqluba)

Ghaziz vjaggatur polifonku,

Qrajt il-kitba tieghek li kienet iktar qisha lment minn haga ohra. Ilment ghax id-dinja ma hix qed iddur kif ahna l-utopici nixtiequ. Ilment, ghax minkejja li rridu fin-naivete taghna nemmnu li kulllhadd ghad jifhem dak li nahsbu ahna u jibda jwettaq dinja ahjar, fil-verità naraw biss lill-haddiema tal-oskur jobzqu fuq il-magna tal-progress. Ilment ghax is-sinfonija li ghandna fil-kaxxa ta' mohhna tissikket u tintilef fil-miljun hoss li hemm lil hinn minnha u l-frustrazzjoni dejjem tikber.

U fid-diskussjoni li issa qbadna bejnietna ikolli nibda biex niccara ftit in-noti li thawdu mill-mument li telqu mill-kaxxa tieghi u gew impingija b'mod hekk konfuz meta' waslu fil-kaxxa tieghek.Ikollna bilfors niccaraw ghax daz-zmien l-argumenti saru qishom sewqan fic-cpar ohxon li taqtghu b'sikkina. Dak ic-cpar illi go fih ragg ta'dawl ta' lampa tat-triq iktar itellef milli tghin ghax tirrifletti go l-istess cpar u tohloq hajt li ma jhallikx tara lil hinn minnha. U jekk kull wiehed minnha minghalih li qed jitfa d-dawl u minflok ikompli jibni hitan li bil-brillantezza taghhom iktar joskuraw nigu ottu. Allura nsuqu l-quddiem... imma bil-mod.

Mibeghda
Biex nibdew. Nobghod il-mibeghda jien ukoll. Ma nahmilx il-Lowells u naziskin tad-dinja. Ma niflahx nara xi hadd iehor jahraq bandiera u jahli landa ohra pitrolju. Ma niflahx l-idea tal-eskluzjoni. Anki jien inhobb it-tolleranza u l-inkluzjoni. Però x'paradoss fiha hux? Minn naha irrid li kullhadd ikun jista jghix u jaghmel dak li jhobb. U jghid dak li jrid. Imma minn naha l-ohra minix naive bizzejjed biex nemmen li kull ma ha jsir u jinghad ser joghgobni. Il-libertà milhuqa fil-kontinent taghna.... libertà moghtija ugwalment lill-Mislem, Lhudi (sefardiku u mhux) u Nisrani (u ohrajn) hija proprju tali. Li jaghmel u jghid dak li jhobb jaghmel u jghid. Anki jekk jghid li jobghod. Rajna kif f'nofs Londra kjeriku Mislem thalla jizra l-mibgheda ghal hafna zmien sakemm ligijiet godda (li holqu ghoqda madwar ghonq il-libertà li tant inhobbu – u jien ma naqbilx ma dawn il-ligijiet faxxisti) ma gieghluhx jiehu triq ohra.

Il-libertà u l-mibeghda
Il-kwistjoni tal-libertà ma hix ta' dritt ghall-gieh tad-dritt (a right for the sake of a right). Anzi. Il-bilanc tal-libertajiet huwa principju filosofiku sabih wisq. Id-drittijiet umani (dawk legali mahluqa minn kompromess bejn teoriji naturali u pozittivi) ghandhom formula poetika li tghid semplicement li kull dritt jista' jitgawda sakemm biss dan l-ezercizzju tad-dritt ma jnaqqasx mid-dritt ta' haddiehor. Ergo l-istess drittijiet huma mibnija fuq fond sod ta' koabitazzjoni. Dak li ahna nghidu "taghmilx lil haddiehor dak li ma tixtieqx li jaghmlu lilek" u dak li kristos kien jghidlna "Hobb lill-ghajrek bhalek innifsek". U hemmhekk li triqitna jinfirdu.

Ghalaq Halqek jew Naghlaqulek
Ghax int trid li min jahseb xi haga li tista twegga ghandu jzommha go fih. Jew ghandu jigi iccensurat. Jien ma naqbilx. Jien ghandi fidi fis-socjetà u kultura Ewropeja illi ghandha ir-rimedji tgahha ghal min jaqbez il-linja – ghal min jezagera fid-drittijiet tieghu. Hu il-kaz tar-ritratti ta Mahoma per ezempju. Jiena qatt ma ghidt li naqbel ma dak li qed jigi espress fir-ritratt. U lanqas ma nghid li m'ghandux ikun ikkundannat. Fl-ewropa pre-kristjana li tant kantajt dwarha int kien hemm ukoll il-ligijiet tat-tribujiet Germanici u Celtici. Dawn kellhom principju li imbaghad ikkupjawh ir-rumani. Kien jghid illi jekk xi hadd jigi akkuzat ta xi delitt jew krim dan ghandu jigi sottomess ghall-ligi tat-tribu tieghu (u mhux ta fejn ikun hu dak il-hin). Dan il-principju li imbaghad ittrasforma ruhu f'tip ta' nazzjonalità kien ghaziz ghat-tribujiet u ghajb ghal dik it-tribu li tiehu il-ligi f'idejha. L-indinjazzjoni tieghi lejn ir-reazzjoni tan-naha storbjuza musulmana hija proprju relatata ma dan. F'pajjizna u fil-kontinent taghna hemm rimedju ghal kull eccess. Zviluppajna minn metodi barbari u reazzjoni kollettiva ta' genn u hruq sfrenat. Hemm qrati u hemm gustizzja. Sejhilha haqq jekk trid forsi jifhmu. Il-kuntratt socjali ta' kull individwu li jgawdi dawn il-libertajiet huwa li jirrispetta il-Haqq Ewropew. Li ma jehux il-ligi f'idejh.

Libertà Mhedda
Huwa ghalhekk li meta nisma theddid li ma jsegwix in-normi tas-socjetà tieghi nigi nitnejjek mill-kontenut ta dak li holoq offiza ghax ghalija huwa iktar gravi ir-reazzjoni tal-offiz. Ghax jekk ha naslu fi stat fejn niggustifikaw il-fatwi u htif ta' persuni fl-orjent ghax xi imbecilli irnexxielu joffendi b'kartoon malandat u ghax jezistu tant iehor imbecilli li ma jifhmux kif titwettaq il-haqq f'din in-naha tad-dinja allura nibda ninkwieta. Ninkwieta li l-libertà tieghi ma hix mhedda minn xi kartoonist zgwidat minn Copenhagen - ghax bhalu kien hemm ohrajn qabel u fejn kien hemm bzonn issikktu ukoll – u konvint li l-Qorti ta' Strasburgu bl-Imhallfin tgahha kienet kapaci tispjega lid-Daniz li ma hux liberu li joffendi kif irid. Ninkwieta li l-libertà tieghi hija mhedda minn migemgha boloh li ghal kull skuza li jsibu jahtfu n-nies u jqatghulhom rashom, jitilghu fuq vapur ta' l-art u jisploduh jew isibu xi ajruplan u jtajru l-kullhadd ghand Alla minghajr laqqas Salam Ghalik.

Le Maqluba. Fuq il-punt tal-libertà nibqa ma naqbilx. Jien nibqà nissielet ghall-libertà hekk kif definita, mharsa u ccensurata fil-valuri tal-Occident. U min ma joghgbux jista' jixtri bandiera u jahraqha. Nibqa' konvint li din il-libertà hija sikkina li taqta fuq zewg nahat imma sakemm ghandna l-gwardjani taghna u sistemi taghna ta' trazzin fejn hemm bzonn minix lest li naccetta li inkun iccensurat minn l-ebda minorità estremista u se nkun intranzigenti fuq dan ghax inkella illum il-kartoon u ghada l-velu.

U fil-kitba li jmiss nitkellem dwar il-kostituzzjoni Ewropea u l-kultura Graeco-Romana-Nisranija. Sadattant sahhiet.

1 commentaire:

Antoine Cassar a dit…

Tajjeb.

Hawn bosta punti fejn naqblu, imma jidher li jien interpretajtek ħażin, imbagħad interpretajtni ħażin inti. U hemm punti oħrajn fejn ma naqblux.

Nirrispondi bil-kwiet aktar tard. Sejjer norqod.