jeudi, février 16, 2006
Sibtijiet Flimkien (l-ahhar ep.)
Ilna ma nhazzu kelmtejn bil-Malti. Hassejt li dan il-post ghandu ikun bil-Malti ghaliex huwa l-erba' mitt wiehed fuq l-akkuza. Ghadha ma ghaddietx sena mindu bdejt inharbex u nehda fuq l-eteru (daqt ikollna il-berdej pero... jidhirli fl-ghaxra tax-xahar id-diehel). Insomma, din ir-rubrika ma kenitx regolari daqs kemm forsi xtaqt. Il-problema ma kenitx li ma kellix x'nikteb izda l-kuntrarju. Tant kont naghmel noti mentali li "din tajba ghal SF" li fl-ahhar meta kont inpoggi biex nikteb kont nibela' mill-ammont ta' informazzjoni li kelli nnizzel u nispicca naghmel hag'ohra ta' malajr.
Ghalhekk qatt ma inkiteb dak il-post dwar Franza u l-Francizi. Dwar il-hajja fil-villaggini z-zghar tal-Lorraine u dwar l-ikel regjonali fi Franza. Ghalhekk qatt ma wasalna biex tkellimna dwar il-faccati kollha tat-tolleranza u l-inkluzjoni. Ghalhekk ma rnexxilniex nidhlu iktar fil-fond dwar ir-realtajiet Lussemburgizi. Il-fatt hu li ma kellniex hin u qisu jekk ma tahtafx ic-cans dak il-hin l-ghasafar itiru u int tibqa' b'xejn. Ciku briku. X'taghmel.
Illum ma nistax f'daqqa wahda nirkupra dak li intilef. Li se naghmel biss hu li naghlaq ir-rubrika Sibtijiet Flimkien biex niftah ohra. Qisu stagun gdid fuq it-tv. Stagun bhal dak li ma kienx ikollna fil-bidu tat-tmeninijiet meta l-ghazla kienet wahda u l-istation manager ma kellux ghalfejn jikkompeti ma stazzjonijiet ohrajn ta' kwalita' bhas-Superwann u nattv. Stagun li forsi kont titfaghlu xi Fawlty Towers special ghall-ghid. Tinisiex il-films kbar bhal "The Robe" u "Jesus of Nazareth". Avolja ghandu x'jghidli li dawk il-klassici biblici kollha kont narahom l-Astra Cinema li invarjabilment fil-jiem qabel l-Ghid kien jittrasforma ruhu f'centru ta duttrina religjuza medjatika u bejn pizza hoxna tqattar iz-zejt sa minkbejk u coca cola bl-istraw qasira zzejjed kont tibqa ticcassa lejn il-Kristu ta Zeffirelli filwaqt li jiftah hanxra daqsiex ma kull musmar li dahhlulu. Imbaghad girja lejn id-dar ha taghmel "reenaction" b'huk fil-parti martorjali u int pront bil-martell u musmar. (Dahk sadiku).
Qed nghaggel pero. Insejt il-Karnival tar-Rabat. Hames snin di seguito liebes ta' Indian malandat filwaqt li kull sena ir-rix ta fuq rasi dejjem jonqsu u jitbielu qishom cinju wara laqgha ma' kumitat nassaba konservazzjonisti. Iktar milli Geronimo kont inkun qisni pappagall bl-influwenza avjarja. Sadattant hija kien ikun Zorro (ukoll ghall-hames darba). Imnalla morna Hamleys fis-safra l-kbira tal-84. Gejna lura b'kostum kull wiehed - il-kavallier u l-viking. Mela rix sur kappillan! Halli li fuq l-arjuplan iktar kienu jidhru interessanti il-pakketti mini mars bars li xtrawlna il-genituri biex noqghodu kwieti waqt il-vjagg. B'dik il-kollezzjoni cikkulati min iz-zikk se jitniffes?
Qrajt fuq is-sit ta' Guze (sit helu u ghogbitni l-arroganza spudorata - hekk hemm bzonn xbin f'pajjiz imnejjek fejn kullhadd jahseb li jifhem - self-promotion in your face u thalli lil hadd jirfsek) li idolu minn tieghu kien Mintoff ghax ha lil Malta hafja imbaghad kaxkara lejn is-sebghinijiet fejn imbaghad l-uniku lment kien in-nuqqas ta' cikkulata. Insomma Guz ma naqbilx imma ghall-punt in-nuqqas ta cikkulata kienet anki metafora ghan-nuqqas ta' tieqa fuq dinja li kienet se taharbilna - id-dinja ta Hal-Kbir li iddeskriva tant sew l-idolu tieghek l-iehor li spicca midfun go 'mizbla'.
Bla ma ridt dort tidwira nobis ta' suggetti. U jien gejt hawn kemm biex nghidilkom li Sibtijiet Flimkien se jaghlaq hawn. Ir-rubrika gdida bil-Malti ma ddumx ma tigi. In-nostalgja tibqa' hemm imma se tiehu ukoll forma ohra - dik ta emigrat ihares lejn Malta li halla warajh filwaqt li l-qasma dejjem tidher li qed tikber. GHalissa hallejtkom b'hafna kliem u bis-sliem. Nghaddu ghal l-ahhar rokna ta' Nostalgja.
Tim tal-Gimgha: Valletta FC. Ghax ahjar mis-City m'hawnx. Jistghu isiru simpatici Marsaxlokk, tal-Birkirkara taf tkun blip storiku u dwar balzunetta ma nitkellmux. Storja recenti dik tas-seba trofej f'sena pero se tibqa immarkata fil-memorja tieghi bhal dik ta missieri jibki bil-ferh mar-rebha taljana tat-82. Warrbulna halli nghaddu mit-toroq ewlenin ... lil tal-Belt hadd ma jista ghalina.
Cikkulata tal-Gimgha: Catch. Li bejn cCokita u Husky kienet tidher bhala r-re ta cikkulajjet maltin.
Personalita tal-Gimgha: Charles Arrigo. Ma nafx x'naqbad nghid. Bhax-xemx dejjem kien hemm. Issa rridu nidraw minghajru. Forsi iktar milli nidraw nadattaw.
Annimal tal-gimgha: Thibault the bastard wonderdog. It-tieni kelb tieghi li inghata lili minn ex tfajla Sqallija b'konnesjonijiet suspetti mafjuzi. (Kellna ninfirdu kontra qalbi meta qaltli li habib taghha nstab mejjet wara li harqu u sparawlu go qalbu. Baggage I can take izda sa certu punt). Thibault kien ballun iswed ta' intelligenza soprafina. Ma kien jobdi lil hadd u kellu inipendenza assoluta. Irnexxielu isir ir-re indiskuss ta' Marsalforn u Paceville. Miet lejliet l-ezami tal-kriminal ftit qabel mal-Belt hadu s-seba trofew. Il-Mulej itih post helu fil-genna miksi bil-brekkies u hafna bitches.
Drama Troupe: JC Productions. Il-klann ta Tufigno li sena wara sena ipproducejna recti irrimati (u imbaghad ikkupjati) li gawdew bihom kullhadd. Mill-Apoteosi sal-Karneficina tghaddi via il-Kataklizma kienu kollha helwin. Linja memorabbli?
"Nahseb wegga... rather
Qahba kelba... kien il-Father!"
Offensive hux! Insomma hallejtkom ghalissa.
Sahhiet.
*ritratt: Charls Arrigo flimkien ma Gemma Portelli u Marcelle Castillo fi produzzjoni ta' Sei Personaggi in Cerca d'Autore (Pirandello). R-ritratt deher fit-Times ta' Malta u huwa mehud mill-kollezzjoni ta- Lino Farrugia.
POST SCROTA
1. Iddecidejt li r-rubrika l-gdida se nsemmiha "Kinnie & Twistees". Tant biex taghrfu timxu.
2. Ghal gabra ta' remixes inkredibbli bejn Beatles u Beasties morru hawn (grazzi Owen D).
3. Il-Clemencau issejjah lura Franza. It-trip to the Indian Ocean (via Suez) and back (Via Cape of Good Hope) se tiswa il-fuq minn zewg miljun ewro. L-iSvizzera tat zewg miljun ewri lil Malta bhala prank.
Inscription à :
Publier les commentaires (Atom)
5 commentaires:
il-Catch ghadha tinbieh/tigi mmanifatturata?
kienet tajba jahasra.
l-ahhar li rajtha kont ghadni nistudja Bruges. Kien tellali xeba' catch hija ghax qalli regghu bdew jaghmluha. Speci ta' Remix.
Daz-zgur. Il-Catch ghadha cikkulata tajba. Dublin - ftit gimghat ilu - xtrajtha u kiltha.
iva... ftit xhur ilu sibt kunsinna catch ghand horace ta' santa vendra... tajba kienet...
Sitt Personaggi Ifittxu Awtur'kienet l-ewwel play li qatt ghamlu l-Atturi Theatre Group gewwa l-Phoenicia u hadd ma mar jaraha. Ghamluha ghal tlett ijiem go sala vojta.Kienet play bellezza u Charles Arrigo kien brillanti fiha.
Enregistrer un commentaire