THE ORIGINAL J'ACCUSE PAGE

SEARCH THE ARCHIVES

mardi, février 07, 2006

Meta Jaqa' c-Cpar II

Caricatures

Ittra ohra lil tal-Maqluba bi twegiba ghat-twegiba
(insomma nistghu nghidu li d-diskursata tkompli)


Ghaziz 'Polifonku' (ghax issa la harbet hekk hekk se tibqa)

Bdejt inwiegbek fis-sit tieghek imma giet bi twila (hafna bi twila) allura kelli ntellgha dawn il-punti hawn. Thabbilx rasek dwar offizi... kif ga ghidtlek jien ma nehux ghalija ghax qatt ma kelli rispett ghal min jiehu ghalih - qed niddiskutu u nafu li ma naqblux f'kollox bhal ma naf li ma intix ha taqbel b'dan li gej. Insomma hawn huma t-tlett punti. Ghad baqali nikteb tal-kostituzzjoni u baqali nikteb ohra gdida dwar l-ikoni u l-antropologija (ara kemm qed titfaghni lura!):

Solidarjetà
Tfajtni fl-istess keffa mal-Fausto u l-Buy Danish. Le jahasra. Mhux ghax Fausto ta'... ghax Buy Danish. Dik banalità assoluta... qatt ma ghogobni l-luncheon meat. Naf xi erba tfajliet li kienu jgawdu laham Daniz ghal xi zmien meta kien ghadu "trendy" però ma inix se nasal biex noqghod nippromwovi shopping spree ta' "I can't believe it's not Feta. Jien tellajt il-bandiera b'solidarjetà mal-poplu daniz. Poplu li bhalissa probabbli jixtieq li hu Malti, Kattolku u Latin ghax ikollu access ghal hafna iktar pajjizi jekk jixtieq jivvjaga (forsi jahsibha darbtejn meta jara lil Gonzo, Santo and the departure tax).

Those Innocent Bystanders (oooooh!)
Din tal-"hemm musulmani li jhobbu l-paci" argument tal-iskola. Niftakarhom jirrkuntawlna l-gwerra u n-Nazi imbaghad il-kwalifika "but the Germans are nice people" (ehe). U nghidlek ghalfejn qabel ma tifhimni hazin. Hemm nies ta' kull twemmin li jhobbu l-paci. Allura? Din l-idea helwa u interessanti li tappella ghall-empatija lejn min mhux involut hija biss diverzjoni. Nahseb li huwa ovvju li r-rabja hija diretta lejn dawk li qed jaghmlu l-istorbju u l-kjass. Dawk li trid u ma tridx qed jaghmlu dan bismallah.

Dan bhal meta nghidu x'injoranza grassa dawk l-iNsara li jridu l-Kristu fuq l-Ewro. Hemm hafna Nsara(bhali) li laqqas biss joholmuha haga bhal din. Allura ma nghidu xejn? Ma nghidux li din hija injoranza grassa hierga min interpretazzjoni ezagerta tal-Kristjanezmu (forma minnha veru, però Kristjanezmu tibqa!). Din tal-vittimizmu tal-mislem mhux involut hija mgebbda wisq. Hadd ma dahhlu fil-kredu (allahares iddahhal mislem fil-kredu - imma dik storja ohra) u hadd ma qallu xejn. Qed nitkellmu dwar il-mislem li johroqg f'Beirut, Kabul, Somalia, Baghdad,Tailandja u ohrajn bir-raghwa f'halqu. Dwar it-Tork li bi tpattija joqtollok patri. Dwar il-Palestinjan li jdurlek ghad-Daniza li sa ftit jiem qabel kient tiggieled mieghu kontra l-oppressjoni Izraelita. Li ssemmili il-Mislem li jrid il-paci qisek qed issemmili l-Amerikani li ma riedux il-gwerra fl-Irak... allura ma nikteb xejn kontra Bush ghax mhux l-Amerikani kollha xorta!!

Karikaturi
U naslu ghall-karikatura. Helwa ghax ghandi idea ghal bloggata dwar l-ikoni. Imma ha nikkoncentraw fuq il-messagg. Xi drabi l-artist ma hux medium ta' messagg gdid izda riflessjoni tal-veritajiet tal-hajja kontemporanja. Xoghol l-artist (u hawn nuza t-term artist fis-sens wiesgha ta persuna li tesprimi ruhha f'wahda mill-arti- the Arts) ghandu ukoll jigi apprezzat f'dan il-mod. Il-karikaturist ukoll imur oltre u minbarra li jirrifletti dwar ir-realtajiet ikabbar il-kruha taghhom (jew deficenzi) b'effett li minkejja li generalment idahhaq iwassal ukoll ghal riflessjoni. Allura nerga ghal dak li staqsejtni:

"Imma x'inhu l-messaġġ ta' dik il-karikatura? Forsi tasal biex tgħidli li hija kwistjoni ta' interpretazzjoni, imma m'hemmx dubju li min skeċċjaha xtaq jgħaddi kumment mill-aktar negattiv dwar it-twemmin tal-musulmani." (my bold)

Iva min skeccjaha kellu kumment x'jaghmel li jinvolvi (ovvjament) it-twemmin musulman. Fid-dinja taghna Occidentali it-tip ta' osservazzjoni li ghamel hija permessa. Nasal biex nghid li t-tpingijiet tieghu irriflettew il-hsieb ta' hafna fil-Punent - hsieb li hafna jibizghu ilissnu fl-apert izda li qieghed hemm mistur fost hafna nies. Il-mistoqsija tieghek "riedx jaghmel kumment negattiv" hija superfluwa. Qisek qed tanalizza jekk Turner riedx jaghmel kumment negattiv meta pinga xemx safra. Turner dak ra u dak pinga. Hekk ukoll il-karikaturist.

Hemmhekk tibda il-kwistjoni tal-valuri. U dak li ktibt jien. Ir-reazzjoni hija kollox. Nistghu narawha bhala:

(1) offiza u rabja genwina musulmana (li konvint li tezisti u tajjeb li japologizzaw ghal din l-offiza- imma minix la se noqtol u lanqas immut ghal kawza bhal din);

(2) biza' ta xi hadd meta ifffaccjat mir-realta - ghax il-verità hi li karikatura bhal din qalet hafna dwar x'jahsbu wisq nies (tajjeb jew hazin) dwar id-direzzjoni tat-twemmin mislem u kif dan gie imtebba' minn realtajiet koroh moderni;

(3) nuqqas ta' komunikazzjoni - ghax fil-verità il-karikatura hi dik li hi.... karikatura. Ma nahsibx li min pingiha kellu f'mohhu il-precetti koranici u li ha joffendi (fis-sens religjuz) lill min jemmen b'dak il-mod. Nahseb li l-intenzjoni ta' offiza jekk qieghdha hemm hija ibbazata strettament fil-politika - il-politika tat-terrorist. U naf, forsi ma kellux il-karikaturist jhallat politika ma religjon. U forsi ghalhekk ghandhom l-ghadab ghalih il-misilmin li jridu l-paci....

Però ma rajtx nies f'Beirut, Baghdad, Kabul, Bangkok jipprotestaw kontra t-tahlit ta religjon u politika kull darba li xi hadd rabat bomba ma sidru u mar sploda ruhu f'isem allah.

Ballec.

3 commentaires:

Antoine Cassar a dit…

Don't let me be misunderstood

Caro guillare della giurisprudenza,

(tifhimnix ħażin: giullare għax kittieb ta' versi ludiċi u giurisprudenza għax avukat)

Balleċ taf tkun patronizzanti xi kultant. Ma jimportax. Dak hu l-istil tiegħek, ta' l-inqas fejn jidħlu ċerti kwistjonijiet. Fl-istess ħin huwa stil li xi mindaqqiet jasal biex jogħġobni.

Mela. Se nwieġeb fil-qosor għax xbajt minn din it-tema u rrid ngħaddi għal ħaġ'oħra. Huwa għalhekk li qed niktiblek hawn u mhux fuq is-sit tiegħi.

Re: Solidarjetà
Hawnhekk daħħaktni waħda sew. Il-lanċinmit ma nistax għalih lanqas. Meta semmejt l-Ixtri Daniż kont qed nirreferi biss għall-bloggata ta' Fausto. Orrajt, messni għamiltha ċara.

Re: Those innocent bystanders (Duh!)
Argument ta' l-iskola ma naħsibx. Ta' l-iskola fejn mort jien le, sfortunatament. Imma insomma, dik storja oħra. Argument li suppost huwa ovvju, veru, iżda l-ewwel nett, meta l-adulti jgħaddu ġudizzju fuq il-musulmani, fuq il-Franċiżi, il-Filippini, in-nies ta' Pitcairn Island, il-lingwisti, l-avukati eċċetra eċċitra għandhom jagħmluha ċara jekk humiex qed jirreferu għall-membri kollha ta' dawk il-gruppi, għall-maġġoranza (jekk inhu possibbli bbażata fuq statistiċi), jew għal ċerta minoranza li fettlilhom jeħduha bħala simbolu jew rappreżentant tal-komunità sħiħa. Hawn ħafna adulti kultivati u edukati li ma jispeċifikawx. Int m'intix wieħed minnhom, kif ikkjarifikajt en passant fl-ewwel epistola tiegħek. Ġieli meta tkellimna għaddejt ġudizzju fuq l-Ispanjoli, imma dak għax kont qed titnejjek bihom mingħajr malizzja. Hux?

It-tieni, dwar il-vittimiżmu (ein?), u din tal-«allura ma nikteb xejn kontra Bush ghax mhux l-Amerikani kollha xorta» jidhirli li dawwart id-diskors u poġġejt kliem f'ħalqi li jiena ma għedtx. Jien ma għedtx li m'għandniex nesprimu l-intolleranza tagħna kontra l-intolleranti u l-vjolenti minħabba dawk li mhumiex! Qalla! Mela jien għadni niflaħ l-istrina, jew? L-argument tiegħi kien sempliċement li mhux is-soċjetajiet tal-Punent biss jinsabu/ninsabu mheddin minn din ir-reazzjoni strafalarja iżda wkoll il-musulmani moderati/paċifisti/mhux fondamentalisti (sejħilhom li trid) li dawk il-barbari qattiela mingħalihom jirrappreżentaw. S'issa l-poplu Daniż huwa l-aktar li qed jintlaqat, veru, imma ma taħsibx li għandna nesprimu s-solidarjetà tagħna mal-musulmani mhux vjolenti wkoll, minflok niddikjarawha għal naħa waħda qisna partiġġjani? Jekk allaħares qatt Javier Solana, Berlusca, Merkel jibdew isemmu fil-beraħ il-possibbiltà ta' intervenzjoni militari fl-Iran kif kieku tħossok? Għalhekk «daħħalthom fil-kredu», għax kif żgur taqbel, li tirrispetta lin-nies ta' kull twemmin u kull kulur u kull stil mużikali jmur lil hinn minn kull fruntiera.

Re: Karikaturi
Il-bloggata tiegħek dwar is-semjotika nistennieha bil-ħerqa daqskemm nistenna l-fehmiet tiegħek dwar x'għandu jkun hemm imniżżel fil-preambolu tal-kostituzzjoni. U fuq ir-rwol tal-karikaturista naqblu.

Issa. Hawnhekk jidħol l-ippatronizzar. Għax filwaqt li poġġejt kliem f'ħalqi qabel, issa neħħejtu. Mhux ovvja li xtaq jgħaddi kumment negattiv?!?! Il-biċċa hi li jiena ktibt mill-aktar negattiv; stajt ktibt ukoll estremament negattiv jew negattiv għall-aħħar. Hija kwistjoni ta' miżura, u bil-kartun li aċċenajt għalih l-artista naqas mir-responsabbiltà tiegħu bħala wieħed li jippubblika f'mezz ta' komunikazzjoni pubblika, billi qabeż il-limiti tal-prudenza u ta' dak li parti sostanzjali tal-pubbliku tikkunsidra li mhux offensiv. Għax kif għedt int, ħallat il-politika mar-reliġjon, għax tnejjek sfaċċatament bl-alla ta' ħaddieħor. Għalkemm ovvjament, il-fatt li f'Ottubru li għadda grupp ta' imami Daniżi ultra-konservattivi marru jxerrdu l-karikaturi fl-Eġittu u fl-Għarabja Sawdita bil-ħsieb li jitfgħu l-ħatab fuq nar li diġà kien ilu jaqbad, u l-fatt li l-barbari issa qegħdin jgħaġġbuha, mhuwiex ħtija ta' l-artista u żgur li ma basarx x'kien se jiġri. Ma kiser l-ebda liġi dwar il-libertà tal-kelma, fuq hekk konna qbilna diġà, imma fil-fehma tiegħi wera nuqqas enormi ta' responsabbiltà.

Ta' l-aħħar. Veru. Ma rajniex nies f'Bejrut, Baghdad, Kabul, Bangkok jipprotestaw kontra t-taħlit ta' reliġjon u politika bl-użu tal-bombi. Jew ta' l-inqas ma smajniehomx. Mhux għax ma hemmx mijiet/eluf/miljuni (min jaf kemm hawn?) ta' nies li jixtiequ jipprotestaw. Anki jekk huma l-maġġoranza, nissuspetta li mbeżżgħin wisq. Għax kieku jkunu qegħdin jagħmluha ma' xorta ta' qattiela li ma jaħsbuhiex darbtejn biex joqtlu lil ħuthom meta jkunu traduti minnhom.

Ħallejtek hawn. Kompli int jekk trid. Għalija, issa, is-skiet...

Dejjem tiegħek,

Maqluba.

Jacques René Zammit a dit…

Mela siehbi s-sieket:

- ta' l-iskola ma fhimtnix. Tajt l-ezempju ta' x'ridt infisser meta spjegajt b'tan-nazi/germaniz. L-iskola li minflok tispjega id-dettalji tghidlek "imma l-germaniz orrajt ta'" u thallik koppi.

-dwar vittimizmu. l-ewwelnett tidghix ghax toffendi lil kull kattoliku li qed jaqra. (heqq ifhem nuzaw l-istess kejl filkaz). It-tieni nett nibqghu li ma naqblux. Ghax jien naraha komda wisq din li niddevjaw.

- dwar spanjoli xorta nahseb li ghandhom kapacitajiet lingwistici batuti - u qed nirreferi ghas-stramaggoranza. X'taghmel hux. Kulltant anki l-akkuza ghandu ideat imwieghra! Imma xorta helwin l-ispanjoli... specjalment meta jaghmlu films sexy.

- dwar patronizzar u karikaturi. le xbin. Ma nehhejtlek xejn minn kliemek. Mill-iktar negattiv jew negattiv mhix kwistjoni. Il-punt tieghi hi li l-intenzjoni ta'l-karikatur hija li jpingi realtà. Ma hemmx kwistjoni ta offiza. Hija r-realtà li forsi toffendi. jien qed niddefendi id-dritt tal-karikaturist u mhux il-verità tal-offiza (li ma ghandha l-ebda bzonn ta' difiza ghax qieghdha hemm). Jien qed niddefendi id-dritt ta Turner li jpingi xemx u mhux il-fatt li x-xemx hija safra. Qed tifheeeeeeeem? (kif jghid lower).

- "għax tnejjek sfaċċatament bl-alla ta' ħaddieħor." Ma nahseb li tnejjek b'hadd. Pero anki kieku l-alla ta' haddiehor ma kellux x'jaqsam. Imma dak punt religjuz u nistghu inhalluh ghall-imam u l-kjerici iwieghgbuh.

- Dwar il-biza ta' maggoranza siekta... naghzel li bhal San Tumas... nibda nemmen meta nara. GHalissa ma nistax naraha din il-maggoranza. Ara t-Times ingliza tal-bierah u l-Populus servej ( u dan fost misilmin f'Londra mhux f'Baghdad) imbaghad fehemni fejn qieghdin dawn il-minoranzi u maggoranzi.

- dwar patrunizzar u skiet. Ifhem minix se noqghod nghid li l-istil tieghi ma jistax ikun patrunizzanti. Parti mill-istil jghin ukoll il-kontenut tal-argument. Xi drabi s-sarkazmu jsarraf mitt paragrafu u jkollu l-istess effett. Nipprova nevita dak li int issejjah patrunizzar u xi kulltant jigi interpretat bhala tali mill-interlokutur biss meta ma toghgbux frazi jew ohra. Imma insomma in the long run ma nahsbibx li kienet harxa wisq.

U s-skiet? ghazla tieghek... u tal-maggoranza mid-dehra. Ahna se nibqghu hawn inhambqu imma ghalissa induru ghal affarijiet ohra.

il-laghbi ludiku legali.

Antoine Cassar a dit…

Le ma kinitx ħarxa wisq. U ma jidhirlix li l-kumment li għadek kemm ħallejt fuq il-blogg tiegħi huwa patronizzanti.

Issa ħa mmur nara xi film sexy...