Niskuzaw rwiehhna mal-qarrejja izda serje ta' avvenimenti ma ippermettewlniex li nippublikaw din ir-rubrika iktar kmieni. Illum ghandna lil "Jiena Joe" u "Jiena Carmen" maghna fl-istudjo � maghrufa ahjar bhala zewg terzi mill-grupp fantaspettakulari folkloristiku The Greenfields. Il-Bob Dylan u Janis Joplin ta' Malta ser jakkumpanjawna ghal dan il-programm li jaf idum ftit iktar minn normal jekk jippermettilna il-Power Station.
Jiena Joe u Jiena Carmen
Nixtieq nibda billi nirringrazzja lil dawk il-qarrejja illi urew interess kbir illi tinhareg dina l-edizzjoni, b'mod specjali Faustino Majjistral u t-tfajla fl-Ingilterra maghrufa bhala Athena. Ta' min insemmu ukoll lill Maltagirl illi ippermettiet illi jidher episodju minn taghna f'dak illi huwa Karnival ta' Bloggati Maltin. Jiena Joe u Jiena Carmen ser ikantawlna xi wahda mill-kanzunetti ferriegha taghhom illi zgur ser jitfghuna lura fi zmien turistiku iehor meta kull Malti kien ikollu job part-time bhala extra fil-mini Disney world Malti imhejji ghat-turisti b'tanto di kaktus, pala u karozzin (stile l-emblema tar-Repubblika),
Ceklem ceklem allura fl-isqaqien tal-memorji ta' l-imghoddi meta l-In Guardia u l-Birgu Festival ma kienux jezistu u t-tipikament Malti kien frott ta' mhuh naqa' twisted bhal nghidu ahna z-zfin ad nauseam tal-Maltija. Niftakar per ezempju fiz-zmien tieghi ta' Waiter under-age fuq ir-rooftop bar tal-Calypso nisma t-tortura ta' Kanzunetti folkloristici kif interpretati mill-mibki Ghasfura. Ma kienx bizzejjed li kont nidghi ghax il-forn tar-rooftop ma jahdimx u allura kien ikolli ninzel nigbor xi hames pizzez minn isfel (ground floor sitt sulari l-isfel) u nitla' filwaqt li naghmel balancing act stile Moira Orfei... le kien ikolli ukoll nissaporti "Taxi Mary", "Il-Bajja tal-Mellieha", "Il- Vapur ta' l-Art" u l-alltimefavourite "Seasons in the Sun".
Il-Malti kif ipprezentat fit-tmeninijiet kien iz-Zepp u l-Grezz. Il-bidwi imbecilli u s-sajjied apoplettiku imdawrin bi qfief ta' prodotti bnin frott tal-art u xogholi il-bniedem socjalist of course. Aghtuna x-xoghol, aghtuna l-hidma. Il-patrijottizmu kien fazull... mibni kif jghid siehbi Mark fuq miti mahluqin mill-iktar fis biex jimlew vojt mhalli mat-tluq tal-kolonjalist. Evviva il-bigilla, il-pastizzi u l-qassatat u l-ilsien taghna Puniku li kien tnaqqax kollu fuq Cippus wahda minn bniedem poliglott li irringrazzja lill-Allat bil-kitba tieghu. L-inbid ahmar tat-titotla bil-frak tal-karawett iqarmec taht minkbejk.
Kien ser ikollna nistennew sa' l-ahhar tas-snin disghin biex nindunaw li anki t-t� tejkewej fil-flixkun tal-koka huwa tipikament malti u m'hemmx ghalfejn tisthi... anzi huwa trendy. Kienu d-disghinijiet ukoll li ippermettew lill-pastizzi jidhlu fin-nightclub u ghalhekk l-afterhours party il-Buskett bil-muzika sajfija ta' Jose Padilla (jiena Jose) kienu ikunu akkumpanjati bit-t� u pastizzi. Mur gibna insemmu il-pastizzi it-Tigullio jew in-Nigret eh Faust?
Jekk tridu tifhmu x'kien dan il-marketing package ta' Malta tat-tmeninijiet fittxu l-In Flight magazin ta' l-Air Malta ta' dak iz-zmien. Il-What's On! Tat-tmeninijiet bikrin... taraw l-orgji ta' Fish Nights u zeffiena in traditional costume... qatt ma naqas il-giggifogu u dejjem issibu riklam ghall-Hilton Casino. Insomma fittxu u ssibu. Gaudeamus.
Skuzawna ghal darba ohra jekk ittardjajna. Nittamaw li ma tergax tkun. Inhallikom ma' l-isponsors.
Souvenirs
Personalit� tal-Gimgha: Zepp u Grezz. Il-folklor kollu bil-kukkanja u l-Maltija to the Music of Charles Camilleri sakemm tasal saz-Zepp u Grezz odjerni.... Jiena Joe u Jiena Carmen.
Stabbiliment tal-Gimgha: Nigret Nightclub. Qatt ma mort. Laqqas idea m'ghandi. Niehu gost jekk tilluminawni.
Muzika tal-Gimgha: Il-Karozzin. Niftakarni meta kont ghadni zrmug go San Benild. Libsuni ta' turist u biddlu trolley ta' l-ikel go karozzin. Halli ghalina induru got-trolley inkantaw... Il-Kuccier ferhan se jtir bit-tghabija barranin... waqt li il-qanpiena iddoqq ... (miskin it-tuttu fis-shana).
Fan tal-gimgha: Athena... ghax mistaghgbin x'geddum ghamlet x'hin ma deheritx ir-rokna.
Prodott tal-Gimgha: Tqila din. Naqa' cheating jekk insemmi il-pastizzi. Ghax kif jghidu in England ikun foregone conclusion. Minflok se naghzel id-Dixan. Dak il-pakket omniprezenti. Jista' jaqa' il-gvern imma minn meta kont izghar mill-maxisize pakkett li kienet tixtri ommi salllum ghadu jahsel il-gdim li kapaci nikkawza. Dixan... Cleans... and survives change.

Sport tal-Gimgha: Volleyball. Niftakar il-kampjonat jahraq fejn l-Aloysians RCR u Kerygma u Merlin kienu jiddisputaw l-unuri. Missieri kien jehodni kontra qalbi nara xi final u kont dejjem nohrog sodisfatt ghax l-atmosfera ta court imballat nies u ghajjat kienet eccitantissima. Sena wara sena il-kullegg kienu jirbhu. Imbaghad bahh. Minn jaf ghaliex!
Rokna Teknologija: Il-loghba International Soccer tal-Commodore 64. Cartridge imballat b'gost. Kien ghadu z-zmien meta 95% tal-gost kien ghadu fil-fantazia tal-mohh. Bhas-subbuteo kien ikollok bzonn timla l-information gap. Timijiet bla ismijiet. Sprites semplici jigru wara ballun. U nibqa imqajjem sas-siegha ta' filghodu fis-sajf sakem lehen ommi jinstema mil-boghod... "Ghadek mal-madonna kompjuter?"
Le, le ma... ha nitfi issa ara... kemm naghfas Publish Post.
Sahhiet.
International Soccer for Commodore Screenshot
2 commentaires:
1. Ahna konna nuzaw is-Surf -- washes whiter than white.
2. Il-gimgha d-diehla tistghu ggibu 'l Fr David ikanta "Hawn tal-pastizzi ..."?
3. Ftit illuminazzjoni fuq in-Nigret Night Club.
Tiftakruh id-Derh ghid? Hallik mid-Dixan:P
(U issa m'ghandix geddum:-) )
Enregistrer un commentaire