THE ORIGINAL J'ACCUSE PAGE

SEARCH THE ARCHIVES

dimanche, octobre 09, 2005

Sibtijiet Flimkien (is-sitt ep.)

Image hosted by Photobucket.com

Illum inkellimkom bilmod gax daqxejn imzikkem. Lahqitni il- grippe li ghal grazzja talla m’hix ‘aviaire’. Jekk m’intomx qed tifhmuni dak ghax qed nitkellem dwar l-influenza bil-franciz. Meta tghixbarra minn Malta tibda tahseb f’termini tal-pajjiz li tkun fih. Ir-rih m’ghadux dak ir-rih odjuz li tibla’ malli jaqleb it-temp - dak ir-rih li huwa wisq ikreh ghax jigi fil-kumpanija tal-umdita’ kiefra li tibqa diehla sa riglejk. Le, hawnhekk il-grippe tasal bla hsieb u ttik xeba gos-sinsla dahrek minghajr twissijja. Tigi f’forma ta’ ugiegh ta’ ras post elettorali u tizviluppa lejn fejn suppost il-bniedem ghandu denb izda minflok ghandna dak li jissejjahh il-coccyx.

Il-viri varji li jikkawzaw l-influenza u rjieh ma ghandhomx fruntieri. Ghalhekk jinkwetani daqxejn il- “grippe aviaire” jew “avian flu” li mid-dehra wasal ir-Rumania u t-Turkija. Il-viri li qabzu mill-ghasafar sal-umani jidher li ma tantx habblu rashm jidhlu go pajjizi applikanti ghall-Unjoni Ewropea... wisq inqas ser ikollhom biex jidhlu fil-qalba... u ma taqtghux fejn qieghed jien? Imnalla hawn Melanie li tipprovdi prodotti omeopatici bhal ‘oscillococcinum’ li minkejja il-bazi xjentifika dubjuza jidhru li jahdmu... forsi placebo effect.

Nahseb Malta ftit hemm inkwiet dwar il- "grippe aviaire" peress li l-origini taghha huma l-ghasafar li jemigraw. Minhabba l-irritazzjoni innata illi ghandna ghal kull min jemigra ghal pajjiz ahjar ilna li sibna final solution ghal dawn il-volatili. Ergo jekk niefqu ghal xi zmien nisparaw zgur li mhux ser ikollna problema. Pas de chance allura ghall-grippe aviaire gewwa Malta. Nibqghu bl-influenza normali ... eh bilhaqq u l-undetected diseases ta Salvu Sammut. Sorsi mhux konfermati gewwa Stokkolma qalulna li SS huwa shortlisted ghall-premju Nobel tax-xjenza li jmiss. Ghadhom pero ma fehmux ezatt kif jaghraf min hu infettat u ghalhekk ghadu bejn Premju Nobel u Premju Oscar ghall-famuz film “The Sixth President” bil-frazi famuza “I See Sick People” li se tibqa imfakkra fl-annali anali ta’ l-istorja.

U b’hekk wasalna ghas-suggetti preferiti dan l-ahhar. L-immigranti u Salvu Sammut. Normal Lowell probabbli huwa ferm inkazzat ghax qed jitlef ftit mill-limelight. Imma insomma bejn Philip Beatnik, Normallowell u SS ghandna fejn naghmlu band dessinee li taf timpressjona anka lil min tant ilu jghix Brussel li jhossu Bruxellois thru and thru. Safrattant fuq bloggti kien hemm reazzjoni harxa minn raxblaxxa (u kompluta minn xi nies ohra) ghal mistoqsija ta’ Kenneth illi staqsa (b’kull dritt)... “Bil-Le ghar-Razzizmu x’Se Ssolvi?”

Ghandu ragun Kenneth. X’se nsolvu? Inkunu ferm zbaljati jekk nahsbu li ‘Le ghar-razzizmu’ hija xi proposta ghas-soluzzjoni. Vera Kenneth. Ma fija l-ebda soluzzjoni. F’socjeta’ civilizzata lanqas ma tkun premessa necessarja. Socjeta’ avanzata u moderna laqqas ikollha ghalfejn tfakkar lilha innifisha li ma hemm l-ebda soluzzjoni fir-razzizmu u lanqas ma hemm soluzzjoni fl-islogan “Le ghar-razzizmu”. Imma ahna ghad m’ghandniex id-dritt li nghixu f’socjeta’ avanzata. Wiehed u erbghin sena indipendenza u ghadna ma fhimniex. Ghadna noholqu il-problema biex ikollna ghalfejn insibu soluzzjoni. Ghad ghandna bzonn ikollna ghadu sabiex nibdew nahmu u nahsbu sabiex intejbu dak li hawn madwarna. Sakemm m’hemmx ghadu evidenti kollox huwa tajjeb. Meta kollox sejer hazin allura noholqu elf ghadu. Elf tghajjira li ma tista twassal imkien. Bhal ma ma ghogbitnix t-tghajjira indirizzata lil Kenneth ghax xi hadd ma qabilx mieghu. Le... le ghar-razzizmu. Anzi ghandna immorru iktar il-boghod... le ghall-intolleranza. Ma tistax tibda tibni jekk f’mohhok ghadek tkisser.

U kif qieghdin fuq is-sugget tat-tkissir xtaqt nghid ukoll lil Kenneth li l-argument ta’ dawk il-paxxuti go lussemburgu huwa daqxejn fjakk. L-ewwelnett la jien u laqqas haddiehor li ipparrtecipa fil-kampanja ma hu paxxut. Kieku vera ahna paxxuti nistghu facilment naghzlu li naghlqu ghajnejna u ninjoraw dak li qed jigri. Nistghu, kieku bhal gybexi naslu li niddikkjaraw li qatt m’ahna ha mmorru lura, nigu naqghu u inqumu. Imma l-imhabba ghall-pajjiz (anki jekk insejhulu taz-zobb) hemm ha tibqa. Jien fir-rwwol tal-immigrant skomdu inhossni at home. Il-Maltin dejjem rawni bhala l-Ghawdxi... u vice versa. Pero fl-irwol tal-paxxut ghadni ma issetiljajtx.

L-intolleranza hija bhall-virus influenzali. Ma taghrafx il-fruntieri. Jiddispjacini ghal Beatnik u shabu li jahsbu li f’Malta se tkun differenti. Ghax ahna Kattolci u Latini u nafu nikkontrollaw rwiehhna. Nasheb mill-ewwel rega bdielu meta ra l-attakki fuq il-Graffitti u Fr Mark. X’tikkontrolla? L-intolleranza? Dik tnawwar. Illum dak ma jghoddx ghax mis-Sudan ghada ma nghoddx jien ghax Ghawdxi u pitghada ma tghoddx int ghax mill-Mellieha.

U ghalhekk ukoll staqsejt lill-Fausto. X’inhi is-soluzzjoni? Lil min qed niddefendu meta nattakkaw lil min beda jibni?

Il-programm ta llum ftit kellu hin ghar-reminixxenzi pero xorta zammejt ftit sorprizi ghall-ahhar. Bejn stordament u iehor ftakart xi affarijiet ohra li huma xierqa ta’ souvenirs:

Souvenirs degl’anni Ottanta

Prodott: il-Megafon. Strument minsi tal-protesta li flimkien mal-placards tal-kartun imsammra fuq xi injama u bicca drapp biz-zebgha fuqha kienu il-bazi ta’ kull protesta. Altru cut and paste this logo.

Equipe: L-iskwadri ghadhom jikkompetu ghall-gloria. Il-gar tieghi meta nghix Malta huwa wiehed mill-miti tal-basketball lokali. John Tabone ex-coach nazzjonali u coach tat-tim glorjuz Luxol Murisan. Tim imsemmi ghaz-zebgha li zamm l-isem ghax-sabih. Kemm hu sabih il-vjola meta jirbah. Eh u t-tifel tieghu John John champion tal-ghawm...

Stabbiliment: Mario’s Ice Cream Van. L-istess li kien jinstab barra il-Kulleg ta’ Stella Maris waqt il-break u fi tmiem l-iskola hekk kif toqrob is-sajf. Ma tantx kien joghgobni imma l-idea tieghu dejjem sabiha.

Personalita’: Frank O’Neill. Ghalliem (ghadu s’issa) ta’ l-arti gewwa Stella Maris College. Jien niftakru (u ghentu) ibiegh it-tejps tal-muzika satirika fi zmien l-elezzjoni tas-86. Wiehed mill-ewwel mudelli tieghu li madwarhom sawwart l-imhabba tieghi ghat-tnejjik bin-nies. Tibqa dejjem go mohhi il-verzjoni tieghu ta’ Taxi Mary feat. Lorry and Carmen Sant.

Frazi tal-Gimgha: “I see sick people” - Salvu “The Medium” Sammut.


13 commentaires:

gybexi a dit…

Nistghu, kieku bhal gybexi naslu li niddikkjaraw li qatt m’ahna ha mmorru lura..

erm, qatt ma ghedt hekk jien. ghedt "niddubita kemm qatt sejjer lura" - imma zgur ma neskludix il-haga. jista' ma jiggedidx il-kuntratt (anzi kuntratti - siamo in due) jew mitt haga ohra.

u tant qalatli problemi dik il-"pajjiz taz-zobb" - forsi kienet naqra zejda iva - imma ser nevita nitkellem dwar is-suggett jekk jista' jkun... (u nerga nghid "jekk jista' jkun"!)

PeachBellini a dit…

>li se tibqa imfakkra fl-annali anali ta’ l-istorja

Ahm Jacques, do I have a filthy mind or should this be annali? :P

Kenneth a dit…

Minħabba li jien ukoll ninsab fost dawk bil-grippe (jaqaw hawn xi influenza tattakka 'l-bloggers bħalissa?), fost it-tmaħħit u l-għargħar ta' sustanzi kemmxejn sticky lewn ħadrani, m'għandix aptit inqalleb fil-kummenti preċedenti biex infittex eżatt.

Kjarifikazzjoni (kjarifika?) ta' malajr... Jidhirli li tal-paxxuti fl-uffiċċju indirizzajtha lill-gvern u 'l-kummissjoni inkarigata li tipproċessa l-applikazzjonijiet tar-refuġjati, mhux lilkom/il-Maltin ta' barra™ (ma kinetx frażi li mortu vvintajtu!)

Il-programm ikompli għada...

Saħħa mill-pajjiż falliku!

Jacques René Zammit a dit…

"annali anali" - annali ta' l-istorja li kullhadd jixtieq jinsa.

gybaexi - ma kontx qed nikkritikak billi ghidt hekk

kenneth - ma ftehemniex dwar il-paxxuti... my bad

Antoine Cassar a dit…

Nawguralek fejqan ta' malajr, Jacques.

Fausto Majistral a dit…

Dazgur, lili gejt tistaqsi ghal soluzzjoni. Jien m'ghandix problema nammetti li m'ghandix imma "nattakka lil min beda jibni" (qisekx ic-Caqnu!) ghax staqsejt l-istess mistorqsija lilek? Jien immaginajt bin-New Politics tieghek se ttini risposta pronota, pronta b'link ghal Open Democracy.

P.S. L-impressjoni ta' paxxut gejja minn dak ir-ritratt li ghandek fil-genb. Ghax ma taghmilx wiehed tieghek fuq ix-xoghol?

Anonyme a dit…

Min fost kulhadd intkom il-bloggers li hemm fi Brussels u fil-Lussemburgu ma tantx tistghu tparlaw. Fhimtu Jacques, Mark, Gybexi, David, Rasblaxxa u Pierre? Mhux billi titkellmu dwar razzizmu u mhux razzizmu. Intkom qed taqilghu mizerjament erbat elef ewro fix-xahar u qeghdin paxxuti. Halluna lilna niddeciedu l-futur taghna.

Jacques René Zammit a dit…

lupus in fabula.

hasra li l-futur mhux tieghek biss imma taghna lkoll...

u issa daqshekk b'dal argument bazwi. bhallikieku d-dritt ghall-opinjoni hija marbuta ma xi skala ta' salarji. jekk taqla' wisq jew taqla' ftit m'ghandekx dritt tahseb....

hemm ahna... ghadu iehor... dak li siefer u qed jaqla paga onesta. dak li ma kellux bzonn padrini biex jidhol jahdem mal-gvern... dak li ma jisraqx lill-proxxmu biex idawwar sold... dak li ghazel li ghalissa l-ahjar li taghmel tohrog tiftah l-orizzonti...

ajma hej zidna mal-lista tal-ghedewwa tal-patria...1) l-immigrati, 2) il-gizwiti, 3) fr. mark 4) issa ahna - l-emigrees.

u hallina tridx. bil-futur f'idejn nies bhalek il-fortune tellers jibdew jitwerwru iharsu fil-ballun tal-kristall!

Jacques René Zammit a dit…

faustino....
is-soluzzjoni qed tinbeda bil-pedamenti. Qed nithabtu biex nfakkru dwar il-premessi illi fuqhom trid tinbena s-soluzzjoni. Sfortunatament, kif diga ghidt ma kienx ikollna ghalfejn naghmlu dan il-pass kieku kellna iktar ghaqal... imma l-ewwel irridu inkunu certi li kullhadd jaqbel li bl-intolleranza ma tasalx. U meta nghid kullhadd irrid infisser kullhadd (fhimt rizzo?) :)

david a dit…

1)Jacques
2)Rasblaxxa-David (joint second)
3)Mark - Pierre (joint third)
4)Gybexi

Jekk m'inix sejjer zball bic-cifri, skond "un utilisateur anonyme" f'din l-ordni ma nistghux "inparlaw". Igifieri:

Jacques - ara titniffes!

Jacques René Zammit a dit…

u ritratt tieghi waqt ix-xoghol huwa rari daqs ritratti tieghek taht il-palk f'mass meeting laburista. (u jekk se tghidli li jien qatt ma mort... ghandek zball... attendejt xi tnejn f'ghawdex meta kelli tfajla xellugija jew ahjar bil'papa xellugi.)

Fausto Majistral a dit…

Is-soluzzjoni qed tinbeda bil-pedamenti

Izjed metafori tal-bini u kostruzzjoni! Insomma, ibghatli mail meta tlesti. Jekk ikun shell tajjeb ukoll.

U jien gieli mort meetings tal-Lejber. M'inix ippregudikat daqs kemm timmaginani.

:p

Kenneth a dit…

Li l-pagi ta' l-EU għalina jidhru astronomiċi hija vera, imma dak għax il-pagi f'Malta huma baxxi.

Ejja ma nintilfux f'din tal-pagi ogħla u mhux pagi ogħla. Hawn xi ħadd jattakka 'l-bajjada u s-self-employed li f'Malta jaqilgħu paga ta' re (u joħorġu aħjar għax jevadu t-taxxa)?

Dawk jaqilgħu Lm 600 ta' jumejn xogħol għax jiġi jiżbogħlok il-faċċata ...hu u l-lavrant Marokkin tiegħu (li m'għandix dubju li jitħallas biċ-ċuċati ta' l-iskjavitu' tiegħu.)

Veru li l-pagi ta' l-impjegati Malti ta' l-Awropa huma enormi, imma l-istess applikazzjonijiet għax-xogħol li mlew huma, tista' tibagħthom int ukoll.

PS. Fausto taħt il-palk f'mass-meeting tal-Labour... Hmm, kif se nagħmlu biex neħduhulu xi darba? hehe