THE ORIGINAL J'ACCUSE PAGE

SEARCH THE ARCHIVES

samedi, octobre 29, 2005

Sibtijiet Flimkien (is-seba' ep.)


Illum nippakkja. Ilni gimgha neqred li ma nafx x'illostra ha nitfa' fil-bagalja. Fil-klassifika dinijija ta' nies li ma jafux jippakkjaw zgur li nigi fl-ewwel ghaxra. Ir-rizoluzzjoni dejjem tkun li din id-darba se nsiefer biss bl-izghar bagalja mis-sett. Imbaghad nispicca bil-bagoll ... fih daqs tebut u xorta se jixpakka. Il-problema hija psikologika. Ghal nies imbecilli bhali il-pratticitta' tal-ippakkjar ma tezistix ghas-semplici raguni li il-famuza frazi "ghallijista'jkun" tiddomina ix-xena waqt il-fazi tal-ghazla. Huwa ghalhekk li nies bhali jippakkjaw parka kieku sejrin Safari fid-dezert u malja ghal pleasure cruise gewwa l-Artiku. Imma insomma. Illum nippakkja.

Il-bierah hrigt niekol barra. L-anniversarju tat-twelid ta' habiba ta' Melanie. Konna mejda helwa. Zewg Francizi, Tlett Sloveni u ... Ghawdxi. Is-soltu domandi ebeti ta' ksir il-ghajn. IMmma Malta titkellmu gharbi? Ha nara ghidli kelma fija "H". Isa vera qisu Gharbi. Imbaghad hasadni Samir, li minkejja ismu huwa Franciz. Out of the blue... minn fost mistoqsijiet dwar il-kcina, l-annimali, nuqqas ta' sigar, dimensjoni zghira ecc.. harigli b'din: "Onestament, intom il-Maltin.... thossukhom Ewropej?" Staqsejtu (in stile anonimo) x'irid jghid biha ghax vera ma fhimtx. Ried jghid li ghalih tkun iktar ovvja li kieku ahna inhossuna Gharab.

Ghal mument hsibt li kien qed jhewden hekk minhabba fija. Ifhem, m'inix wiehed ta' dehra arjana u nafu wisq kemm looks could deceive. Imma le. Kien konvint li ahna pajjiz pjuttost gharbi di kultura illi irnexxielu jizgicca go l-Ewropa primarjament ghal ragunijiet ekonomici. Ma stajtx nemmen kemm kien sorpriz meta ippruvajt nghidlu li minkejja l-ilsien ahrax tal-hafna "h" xorta ghandna wisq iktar in komuni mat-taljani ta' Sqallija milli mal-Libjani ta' Benghazi. M'hemmx wisq x'tistaghgeb. Wara kollox Samir, bankier ma kumpanija Amreikana go Lussemburgu - fejn qatt se jigi bzonn isir jaf iktar dwar Malta?

Insomma se nippakkja. Qaluli ingib hwejjeg sajfin. Ghal Novembru. X'antiklimax. Imma dejjem ahjar tippakkja xi haga shuna ma jmurx taghmel il-borra fuq Malta le? Imma das-safar kollu. Ikkundizzjonat minn zmien iehor meta safra kienet tfisser tieqa zghira minn xiex tittawwal lejn dinja ohra - differenti fejn ic-cikkulata tohrog minn magni wara li titfa' l-flus u anki wara li jaghtuk il-bqija. Meta go Londra kont tara Maltin u Gharab go Marks & Spencers bit-trolley (!!!) mizghuda hwejjeg, lozor u x'nafjien. Meta ir-riskju li Samir ikollu ragun kien qed isir realta'.

Imma issa differenti. Issa ahna zgur Ewropej. Anzi ghal xi uhud piu' Europeo non si puo'. U erhilhom jheddu lil dawk l-erba afrikani li forsi bhalna fit-tmeninijiet ixxennqu ghal tieqa lejn hajja ahjar.

U minflok spiccaw Malta. Fejn se nkun jien ghada fid-disa' bumm.
Narakom.

****

Personalita' tal-Gimgha: Muammar Ghaddafi. Il-Kurunell tal-ktieb l-ahdar li sab erbat ibciecen Malta lesti jimpurtaw l-antikultura lock, stockm and barrel. Ghax meta infahhru lil Dumink jixraq ukoll li niftakru il-kilba tieghu li jaghmilna One Nation mal-maghrebini. Imnalla iz-zmien jghaddi u jsewwi anka l-imhu morda. Ghax huwa ferm ahjar il-Ghaddafi papa' tal-futboler mal-Perugia milli Ghaddafi ta' Lockerbie.

Prodott tal-Gimgha: Cadbury. L-ezempju par excellence ta'zmien l-ghaks. Ma kienx mument li missieri u ommi urewna il-Chocolate Dispensing Machines fl-underground Londrina. Erhilna nitfghu One Pound tonda tonda (ghax ghandhom lira munita l-inglizi pa!) niehdu l-Whole Nut (li sservi gimgha anki meta tkun Londra) u Keep the Change.

Lokal tal-Gimgha : Peppu Ghezza. Maghruf ahjar bhala Neptunes Bar & Restaurant ta' Marsalforn. Il-Kartell tal-plebej. Jaghmillek huta zur minn hawn illum Gorg iben Peppu illi hallina ghal dinja ahjar. Sors infinit ta' karawett u cicri u gelat tal-Wembley bil-bubble gum fil-qiegh. Imma n-nanna kienet thobb wisq il-granita tal-lewz.

Skwadra tal-Gimgha: FIAT Luxol Murisan. basket insomma. It-tim tal-gar tieghi John Tabone. Vjola huma. Li fil-basket kienu l-favoriti imma meta tawha ghal-futbol saru l-ghedewwa tat-team li mieghu kont naghti daqqtejn fl-Under 17. Melita.

Ha mmur Ha mmur nippakkja. Probabbli ir-rata tal-ibbloggar din il-gimgha tonqos mhux ftit. Nittama li ghada wara nofsinhar inkun qieghed ir-Riviera beach nghum ghuma. Ghax ovvjament irrid nippakkja l-malja.

Ukoll.

Sahhiet.

2 commentaires:

PeachBellini a dit…

Ehh and everyone says us ladies can't pack! Have a good time in Malta, I'm jealous!

Jacques René Zammit a dit…

enemalta who? there's only one basketball team... L U X O L :) ...tkun darb'ohra